Ħal Qormi – One News

Notifiki

Bil-Filmat: Il-Pulizija ssib 52 immigrant f’dar f’Ħal Qormi

Il-Ħadd filgħodu grupp ta’ 52 immigrant ġew evakwati minn blokka t’ appartamenti fuq erba’ sulari fi Triq il-Wied, Ħal Qormi, f’operazzjoni mwettqa mill-pulizija tat-taqsima tal-imigrazzjoni u r-Rapid Intervention Unit. Sorsi qrib il-pulizija qalu lil ONE News li din is-sejba saret wara li l-pulizija talbu d-dokumenti lil immigrant li kien qed jitlajja fil-Ħamrun, u meta staqsewh fejn joqgħod, idderiġihom lejn il-blokka ta’ appartament f’Ħal Qormi.

L-immigranti huma minn diversi pajjiżi fl-Afrika u ġew f’Malta mill-Italja. Kollha kellhom is-Soggiorno, il-permess għal residenza fl-Italja li bih tista’ tgħix f’pajjiż stat membru tal-Unjoni Ewropea sa tliet xhur, iżda mhumiex permessi li jaħdmu f’pajjiżna. Uħud mill-immigranti kienu ilhom aktar jgħixu f’Malta u ġew biex ifittxu impjieg f’pajjiżna. Huma ttieħdu fil-Kwartieti Ġenerali tal-Pulizija għal aktar stħarriġ.

Is-sejba tal-Ħadd saret xahar wara li l-pulizija kienet ġabret sebgħa u għoxrin immigrant ieħor minn razzett fil-Marsa-Ħamrun Bypass. Fl-aħħar sena instabu aktar minn mija u ħamsin immigrant jgħixu f’residenzi li mhumiex atrezzati li jakkomodaw ammont kbir ta’ nies. Fil-fatt, f’Novembru li għadda, kienu nstabu 31 immigrant f’dar fi Triq Farsons, il-Ħamrun. Ftit aktar qabel kienu inqabdu grupp ta’ sitt immigranti fi Triq Żabbar, il-Fgura li kienu qed jgħixu f’Malta b’permess skadut. F’Awwissu tas-sena l-oħra kienu nstabu grupp kbir ta’ immigranti jgħixu f’maqjel, b’kundizzjonijiet indiċenti.

Send this to a friend