Ħal Lija | One News

Notifiki

Anzjan bi ġrieħi gravi wara ħabta bejn żewġ karozzi f’Ħal Lija

Raġel ta’ 69 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’ħabta bejn żewġ karozzi f’Ħal Lija f’Jum il-Milied.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-09:30 fi Triq il-Mosta, Ħal Lija, meta karozza tat-tip BMW misjuqa minn ġuvni ta’ 22 sena minn Birkirkara ħabtet ma’ BMW oħra misjuqa mill-vittma, li jgħix Ħal Lija.

Minnufih issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar għall-kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Bil-Filmat: Jinħaraq n-nar tat-Translazzjoni f’Ħal Lija minkejja x-xita

Ir-raħal ta’ Ħal Lija li huwa magħruf mhux biss għad-devozzjoni lejn is-Salvatur iżda wkoll lejn l-ammont ta’ nar li jinħaraq speċjalment bħal-lejla lejlet il-festa jinsab għasra minħabba x-xita li nieżla.

Dan ma qatax qalb id-dilettanti u professjonisti tan-nar li għat-translazzjoni ħarqu l-ħarqa tradizzjonali li tinħaraq lejlet il-festa.

Filmat: Ivan Delia

Azzjoni immedjata mill-Protezzjoni Ċivili biex jitneħħa periklu f’Ħal Lija

Azzjoni immedjata mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili wara filmat li ttella’ fuq dan is-sit li nġab mill-profil fuq facebook ta’ Lilian Chetcuti Riolo meta lbieraħ filgħaxija kienu jinsabu fuq il-post fejn bdew jippreparaw għal operazzjoni biex jitneħħa kull periklu eżistenti. Jidher li għalissa saru barrikati biex il-vetturi ma jgħaddux minn taħt is-siġra sakemm dan isir.

Fil-filmat li ttella’ tidher siġra mmejla biswit iċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija.

Aktar dettalji malli jaslulna.

Ritratt: Gareth Degiorgio

Ara wkoll: http://www.one.com.mt/news/?s=hal+lija

 

BIL-FILMAT: Mara tappella dwar siġra perikoluża f’Ħal Lija

Lilian Chetcuti Riolo tellgħet dan il-filmat b’appell biex tingħata attenzjoni siġra perikoluża li tinsab biswit iċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija.

Kif jidher fil-filmat, is-siġra tidher immejla sew għal fuq it-triq minn fejn ta’ kuljum jgħaddi traffiku kbir b’rutina ta’ kuljum.

 

Send this to a friend