ħal għaxaq | One News

Notifiki

“Dan mhux biss moviment tal-lum” – Joseph Muscat f’Ħal Għaxaq

Dan mhux biss moviment tal-lum, imma meta wasal il-waqt li l-poplu jagħti l-ġudizzju tiegħu, kien lest jgħid mhux biss x’għamel imma x’ħa jkun qed jagħmel. Ħareġ bil-prioritajiet li qed ikunu spjegati, inkluż bl-effett tagħhom fuq l-ekonomija, u kif se jdawwru r-rota ekonomika.

Joseph Muscat qal li ma jrid lil ħadd jimmina x-xogħol bil-kalunji.

Aqra aktar

Il-festa ta’ San Ġużepp f’Ħal Għaxaq se titmexxa

Fi stqarrija l-Għaqda Mużikali San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq ħabbret li għal din is-sena, il-festa ser tiġi iċċelebrata b’mod sħih bejn is-Sibt 17 u l-Hadd 25 ta’ Ġunju 2017, minflok fl-aħħar ġimgħa ta’ Mejju qabel l-ewwel Ħadd ta’ Ġunju

Dan tħabbar illum wara li l-Għaqda tkellmet mal-Kummissjonijiet Ġuzeppini u ġabet l-permessi neċessarji mill-awtoritajiet kemm ċivili u kemm eklessjastiċi.

Aqra aktar

“In-nies jiġġudikaw fuq il-ħidma” – Joseph Muscat

Il-gvern ma waqafx jara kif se jqassam fost kullħadd il-ġid u l-frott tal-investiment li qed jikseb b’ ħidma bla qatigħ.  “Kull Malti u Għawdxi, anka Simon Busuttil, jaf lil dan il-pajjiż jinsab aħjar illum milli kien 3 snin ilu” irrimarka Joseph Muscat fiċ-ċentru Laburista ta’ Ħal Għaxaq. F’ messaġġ ta’ kuraġġ u pożittività, il-Prim Minsitru stqarr li minkejja li pajjiżna dieħel fi żmien bla preċedent, fejn se jkollu t-tmun tal-Unjoni Ewropea f’ idejh fi żmien delikat ħafna, mhijiex se tonqos id-dedikazzjoni lejn il-ħidma fuq bażi lokali. “Ir-responsabilita tagħna lejn il-pajjiż u n-nies tkompli tikber” sostna l-Prim Ministru.

Aqra aktar

Send this to a friend