Haiti | One News

Notifiki

Jipprotestaw biex jirriżenja l-President f’Haiti

 

Dimostranti tal-Oppożizzjoni f’Haiti ħarqu tyres u tefgħu l-ġebel biex iħeġġu lill-President Jovenel Moise biex jirriżenja.

Minn tal-inqas, erba’ persuni nqatlu u għexieren oħra ndarbu f’erbat ijiem ta’ protesti fil-kapitali Port-au-Prince u bliet oħra.

Ħafna minn Haiti qed jakkużaw lil Moise u uffiċjali oħra b’korruzzjoni.

Dan kollu wassal biex numru ta’ sindki f’għadd ta’ bliet ikkanċellaw l-attivitajiet tal-karnival li kienu mistennija jsiru fil-bidu ta’ Marzu.

 

Aktar minn 300 mejta u eluf ta’ djar meqruda

 

L-urugan qattiel Matthew li bħalissa qed jiddomina n-Nofsinhar ta’ Ħaiti, ikkawża l-mewt ta’ aktar minn 300 persuna.

Waħda mill-ibliet ewlenin tal-pajjiż spiċċat bi tmenin fil-mija tal-binjiet meqruda għal kollox, filwaqt li f’belt oħra nqerdu mat-tletin elf dar.

Aqra aktar

Send this to a friend