ħad dingli – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Aġir f’waqtu jsalva raġel li waqa’ fuq il-ħġieġ f’Ħad-Dingli

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma tim mediku mill-isptar Mater Dei u l-Forzi Armati ta’ Malta ġew imsejħa f’Ħad-Dingli wara li anzjan ta’ 62 sena ġarrab xi ġrieħi wara li ħassu ħażin u waqa fuq xi ħġieġ li kellu fil-għalqa tiegħu. Sorsi qrib one.com.mt qalulna li r-raġel instab mitluf minn sensih b’ferita kbira f’idu f’għalqa li hija meqjusa bħala wieħed mill-aktar postijiet inaċċessibbli fil-gżejjer Maltin. L-istess sorsi qalulna li dawk li sabu lir-raġel tawh l-ewwel għajnuna sakemm waslu l-ħaddiema tal-emerġenza. Aġir li kien strumentali sabiex isalva r-raġel. Aqra aktar

Iż-żgħażagħ Dinglin b’majjalata li tieħu ħsieb l-ambjent

B’ħames mitt ruħ jattendu kull sena ‘iż-Żgħażagħ Brijużi’ ta’ Ħad Dingli jorganizzaw waħda mill-ikbar attivitajiet fir-raħal meta nhar it-Tnejn itellgħu l-Majjalata annwali. Din id-darba ddeċidew ukoll li minbarra li joffru ikla bnina lil dawk kollha li jattendu jieħdu wkoll ħsieb l-ambjent. Għalhekk qed iħeġġu lil kull min jattendi biex jieħu miegħu, platti, frieket u skieken li mbagħad jerġgħu jintużaw. Dan bil-għan li jnaqqsu l-użu tal-plastik ta’ darba biss. F’atmosfera mill-isbaħ li seddaq l-ispirtu ta’ komunità dawn iż-żgħażagħ itellgħu numru ta’ attivitajiet. Fost oħrajn iż-‘Żgħażagħ Brijużi Dinglin’ niedew CD ġdid, taħt id-direzzjoni ta’ Mike Spiteri. L-iskop wara dan is-CD kien illi l-mużika għal briju tal-festa ta’ Santa Marija f’Ħad-Dingli, tkun waħda aktar moderna, oriġinali u relevanti għal din il-festa, mill-marċi li jindaqqu f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Aqra aktar

BIL-FILMAT: L-ikbar kalzetta tal-Milied f’Ħad-Dingli

Dieħel ġmielu l-ispirtu tal-Milied f’Ħad Dingli, hekk kif sa tmiem din il-ġimgħa, din il-lokalita’ ser tkun attrazzjoni allegra. Għat-tieni sena konsekuttiva, l-Għaqda Talent Dingli ser jerġa’ jikser ir-rekord bil-kalzetta tal-Milied, li hija twila tmien metri u tmintax-il ċentimetru u erba metri u għoxrin ċentimetru mill-biċċa t’isfel.

Aqra aktar

ARA: Jinfetaħ xelter ieħor f’Ħad-Dingli

Kien jum speċjali għad-Dinglin hekk kif f’Jum Ħad Dingli, infetaħ xelter ieħor għall-pubbliku li jmur lura għal żmien it-Tieni Gwerra Dinija.

Folla kbira nġabret sabiex tassisti għal ċerimonja ta’ ftuħ, li fost oħrajn inkludiet parata mill-grupp tal-iscouts ta’ Ħad Dingli u n-ninteenth Dingli Girl Guides, u kif ukoll esebizzjoni mill-isbaħ tal-Malta Command Inauguration.żAqra aktar

Send this to a friend