ħabta – Page 3 – One News

Notifiki

Il-Maltemp jikkawża ħabta bejn tliet karozzi f’Għawdex.

Għall-ħabta tas-2:30 ta’ wara nofsinhar, f’xita qalila, fi Triq l-Imġarr fix-Xewkija Għawdex seħħet ħabta bejn tliet karozzi.

Minn informazzjoni li għandu ONE NEWS persuna involuta f’dan l-inċident ittieħdet l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex minħabba ġrieħi ħfief.

Aktar dettalji malli jaslulna.

Sebgħa jmutu wara ħabta frontali fl-Amerika

Ħabta bejn Trakk u karozza tal-linja ħalliet madwar sebgħa mejta u għexieren feruti.

Il-każ seħħ il-Ħamis f’highway qrib il-belt ta’ Thoreau f’New Mexico.

Uffiċjali qalu li l-għadd ta’ persuni mejta mistenni jiżdied minħabba li fuq tal-linja kien hemm madwar ħamsin persuna.Aqra aktar

L-isptar wara li tinqeleb b’karozza f’Birzebbugia

Tfajla minn Birzebbugia ttieħdet l-isptar wara li nqalbet bil-karozza.

Minn informazzjoni li kiseb One.com.mt kienu għall-ħabta tal-17:30 ta’ filgħaxija meta t-tfajla ta’ 19-il sena li kienet qed issuq karozza tal-għamla Skoda Fabia ħabtet ma’ SUV Nissan Qashqai  misjuqa minn mara Ingliża ta’ 45-il sena minn Marsaskala. Mal-impatt l-karozza misjuqa mit-tfajla Maltija nqalbet.

Aqra aktar

ĦABTA KERHA

Inċident tat-traffiku li seħħ f’Notabile Road Ħ’Attard wassal biex ix-xufier żgħażugħ iddaħħal l-isptar Mater Dei.

L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12:30, wara impatt bejn żewġ karozzi.
Aqra aktar

Mara bi ġrieħi gravi wara ħabta fl-Imqabba

Mara qed issofri minn ġrieħi gravi wara ħabta fi Triq Valletta, Mqabba.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-14.30 meta seħħ impatt bejn vettura tat-tip Hyundai Getz li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 32 sena residenti Ħal Qormi u Kia Ceres misjuqa minn raġel ta’ 54 sena residenti Birkirkara.

Aqra aktar

Send this to a friend