ħabta – Page 2 – One News

Notifiki

Ħabta bejn erba’ karozzi f’San Ġiljan toħloq traffiku fl-inħawi- sewwieqa mħeġġa jevitaw iż-żona

Ħabta bejn erba’ karozzi f’San Ġiljan ikkawżat traffiku kbir fl-inħawi. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-14:45 tal-Erbgħa waranofsinhar ftit ‘il barra mill-mini ta’ San Ġiljan, direzzjoni lejn Paceville.

Sewwieqa huma mħeġġa jużaw rotot alternattivi biex jevitaw it-traffiku li nġema’ fl-inħawi kawża ta’ dan l-inċident.

Anzjan bi ġrieħi gravi wara ħabta bejn żewġ karozzi f’Ħal Lija

Raġel ta’ 69 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’ħabta bejn żewġ karozzi f’Ħal Lija f’Jum il-Milied.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-09:30 fi Triq il-Mosta, Ħal Lija, meta karozza tat-tip BMW misjuqa minn ġuvni ta’ 22 sena minn Birkirkara ħabtet ma’ BMW oħra misjuqa mill-vittma, li jgħix Ħal Lija.

Minnufih issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar għall-kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Send this to a friend