ħabs | One News - Part 6

Notifiki

Serqa fil-Mosta titfgħu 24 xahar ħabs

Raġel li tmien snin ilu kien involut f’serqa f’ħanut fil-Mosta weħel erbgħa u għoxrin xahar ħabs.

Jeffrey Cassar ta’ tlieta u tletin sena instab ħati ta’ serq aggravat u li fost l-oħrajn ikkommetta ħsara fuq proprjetà ta’ terzi persuni.

Fil-Qorti ntqal li flimkien ma’ Cassar kien hemm tliet persuni oħra li kissru l-ħġieġ biex daħlu fil-ħanut fejn serqu xi għodda li tiswa kważi elfejn ewro.

Il-Maġistrat ikkundannat lil Cassar tlettax-il xahar priġunerija u żiedet ħdax-il xahar ieħor talli l-akkużat kiser l-ordnijiet imposti fuqu fuq każ separat li għalih kien tqiegħed fuq Probation.

Mara tintbagħat il-ħabs fuq frodi

Mara ta’ disgħa u tletin sena weħlet tlett snin ħabs wara li frodat Libjan biex jieħu sehem f’negozju li qatt ma sar. F’Novembru t’erba’ snin ilu, l-akkużata Joanne Sciberras kienet talbet lil ħabib Libjan tagħha, li kienet ilha tafu għal għoxrin sena, biex isellifha xi flus ħalli tkopri xi spejjeż tal-VAT fuq kontejner mimli xorb.

Il-Libjan ta lil mara s-somma ta’ elfejn u erba’ mitt ewro filwaqt li mill-bejgħ tax-xorb, il-mara kienet qaltlu li l-qliegħ kien se jinqasam bin-nofs. Saħansitra r-raġel iffirma ċekk t’erba’ t’elef ewro għal mara iżda fix-xhur ta’ wara l-konsenja tax-xorb ma waslitx.

Fil-Qorti l-mara ammettiet li mill-erba’ t’elef li ta l-Libjan hija xtrat xi ħwejjeġ u rigali minn Katanja. Fid-dawl li l-mara finanzjarjament tinsab falluta u ma tistax tirrifondi l-flus, il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech imponiet sentenza ta’ priġunerija.

5 xhur ħabs għal furnar li pprova jdaħħal id-droga fil-ħabs

Furnar ingħata sentenza ta’ ħames xhur ħabs u multa ta’ €700, wara li daħħal xi drogi fil-ħabs għaliex ibnu li huwa dipendenti mid-droga kien qiegħed jikkontempla suwiċidju. Il-każ imur lura għal seba’ snin ilu, meta fil-Faċilita’ Korretiva’ ta’ Kordin, raġel ta’ 58 sena mill-Belt Valletta kien f’pussess ta’ pakkett bi droga kokaina, fejn kien ser iżżur lil ibnu li kien qiegħed jissokkta sentenza ta’ ħabs.

Sitt xhur ħabs wara li ħaddem mara

Raġel mill-Għarabja Sawdija weħel sitt xhur ħabs wara li nstab ħati li ħaddem lis-sieħba tiegħu bi skop ta’ prostituzzjoni.
Alexander Testi ta’ tnejn u tletin sena ammetta li għamel il-qligħ fuq il-prostituzzjoni.

Aqra aktar

Miċħuda t-talba għall-ħelsien tal-priġunier marid b’kilwa; konferma li l-ħabs ma kienx ta’ effett fuq saħħtu

Il-Qorti Kostituzzjonali ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest  ta’ priġunier marid bil-kliewi.

Christoper Bartolo għamel din it-talba minħabba raġunijiet ta’ saħħa, iżda f’sentenza tal-Qorti ppreseduta mill-Prim Imħallef Silvio Camilleri u żewġ Imħallfin irriżulta li fil-ħabs Bartolo qed jingħata l-kura meħtieġa.

Aqra aktar

Jintbagħat 14-il xahar ħabs u mmultat żewġ multi

Żgħażugħ ta’ 26 sena mis-Senegal intbagħat erbatax-il xahar ħabs wara li ammetta li kien qed ibigħ il-kannabis, li fil-pussess tiegħu kellu d-droga kokaina u li kien qed iġorr sikkina. Dan kollu meta kien qrib post iffrekwentat miż-żgħażagħ.

Il-każ seħħ fil-21 ta’ Novembru tas-sena l-oħra meta r-raġel inqabad qed ibiegħ il-kannabis lil żewġ tfajliet Taljani tant li t-tfajliet infushom telgħu jixhdu u kkonfermaw.

Aqra aktar

Minn sentenza ta’ ħabs għal multa

Paul Philip Caruana, li kien qed jiskonta sentenza ta’ tliet snin ħabs kellu s-sentenza tiegħu mnaqqsa għal multa wara deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell.

Caruana ta’ sebgħa u erbgħin sena mill-Mosta kien instab ħati li kellu fil-pussess tiegħu droga kokaina li mill-kwantità deher li ma kinitx kollha għall-użu personali tiegħu.

Fil-Qorti, Caruana qal li kien xtara ħmistax-il kilogramma kokaina, li kienet erbgħin fil-mija pura, biex ikollu biżżejjed għal ħmistax-il ġurnata f’Għawdex flimkien mat-tfajla tiegħu.

Aqra aktar

Send this to a friend