ħabs | One News - Part 5

Notifiki

Ta giżirana tad-deheb lill-qassis u għamel rapport falz biex jieħu l-flus

Anthony Mc Kay ta’ 27 sena kien akkużat li nhar is-17 ta’ Mejju 2010 għamel rapport falz fl-għassa tal-Pulizija, fejn qal li kien tilef giżirana tad-deheb fil-grawnd ta’ Ta’ Qali biex jieħu l-flus tal-assigurazzjoni tagħha. Kien ukoll akkużat li għamel vendikazzjoni fuq il-karozza ta’ kumpanija tal-assigurazzjoni, imma minħabba nuqqas ta’ provi, ma nstabx ħati.

Primarjament, il-kumpanija t’assigurazzjoni rrifjutat li taghti s-somma ta’ €7,400 lil Mc Kay u wara komossjoni li qajjem fl-uffiċini tal-kumpannija, ġie mogħti l-ammont ta’ €2,000. Kien f’dan iż-żmien li mpjegata tal-kumpannija sabet brix u r-roti tal-karozza mifqugħa.

Aqra aktar

Sentejn ħabs wara li darab gravi lil żewġt irġiel

Duale Abokor Mustafa, ta’ sebgħa u tletin sena mis-Somalja, intbagħat sentejn ħabs hekk kif instab ħati li ġarr sikkina mingħajr permess, u propju b’daqqiet ta’ sikkina darab b’mod gravi lil żewġ irġiel Somali.

Dan minbarra li hedded lil wieħed minnhom. Ir-raġel, li hu mis-Somalja, u joqgħod ix-Xewkija ma nstabx ħati ta’ attentat ta’ qtil dakinhar tal-erbatax ta’ Ottubru elfejn u ħmistax; jum li fih qal li tant kien xurban li ma jiftakarx x’ġara.

3 snin ħabs wara li serqet minn 10 t’iħwienet

Elaine Rapinett ta’ 34 sena kienet akkużata b’serqiet bejn id-19 u t-30 ta’ Jannar li għadda minn disat iħwienet differenti f’sitt lokalitajiet. Hi ġiet ikkundannata tliet snin ħabs wara li ammettiet l-akkużi miġjuba kontrieha.

Rapinett inqabdet permezz ta’ kameras tac-CCTV u li ġew iċċirkolati fuq il-mezzi tal-midja soċjali.

Is-serq seħħ minn spiżerija f’Ħal Balzan, minn ħanut tal-kompjuters fiż-Żejtun, u minn ħwienet tal-ħwejjeġ u supermarket f’Tas-Sliema, minn ħanut tal-apparat elettroniku fil-Belt u minn ħanut tal-kompjuters f’Ħal Qormi, kif ukoll minn ħanut tal-aċċessorji f’ Ta’ Xbiex.

L-għada taż-żewġ serqiet minn Tas-Sliema, reġgħet marret tisraq minn ħanut tal-ħwejjeġ f’Tas-Sliema, filwaqt li jumejn wara serqet minn ħanut tal-apparat elettroniku fil-Belt. L-għada tas-serqa mill-Belt wettqet tliet serqiet oħra minn ħanut tal-kompjuters f’Ħal Qormi, minn ħanut tal-aċċessorji f’Ta’ Xbiex u minn superkamarket f’Tas-Sliema.

Il-Maġistrat Doreen Clarke, ikkunsidrat li l-mara kkoperat mal-Pulizija u ammettiet mill-ewwel. Il-Qorti talbet ukoll biex il-Faċilità korettiva ta’ Kordin tgħin lill-mara tegħleb il-vizzju tad-droga.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Anzjan Johan Fenech u l-Ispettur Jonathan Rensley.

Aqra wkoll: http://www.one.com.mt/news/2018/01/30/jinqabdu-ftit-wara-li-ppruvaw-jisirqu-minn-hanut-fbirkirkara/

Jintbagħat tliet snin u nofs ħabs

Raġel mill-Użbek intbagħat tliet snin u nofs ħabs, wara serqa li wettaq minn appartament f’San Ġiljan f’Marzu tal-elfejn u tlettax.

Fil-Qorti ntqal kif ir-raġel ta’ tmienja u erbgħin sena seraq għadd ta’ apparat elettroniku. Minkejja li wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Fabian Fleri, sabet marki ta’ swaba li qablu ma’ dawk tal-akkużat – bil-Qorti tgħid li dawn huma biżżejjed biex juru li r-raġel kien fl-appartament b’mod llegali.

L-argument tad-difiza, li l-marki tas-swaba kienu hemm minħabba li r-raġel mar jara l-appartmanet biex jikrih, ġew imxejjna, minħabba li l-appartament kien ilu mikri għal sentejn sħaħa qabel seħħ il-każ.

Intant, fiż-żmien li qed jinstema l-każ, ir-raġel ingħata sentenza oħra ta’ ħmistax-il xahar ħabs mill-Qorti t’Għawdex, minħabba serqa oħra li kkommetta f’Għawdex.

Apparti s-sentenza ta’ ħabs, il-Qorti ordant li wara li jiskonta s-sentenza ta’ ħabs, ir-raġel irid jintbagħat lura lejn pajjiżu.

Minn sentenza sospiża għal tmien snin ħabs

Żgħażugħ ta’ erba’ u għoxrin sena mill-Imtarfa, ra s-sentenza oriġinali tiegħu tinbidel minn sentenza sospiża għal tmien snin ħabs. Dan wara appell minn naħa tal-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, li ra li s-sentenza ma kienitx turi l-gravità ta’ dak li wettaq iż-żgħażugħ.

Jacob Rakban, f’Lulju tal-elfejn u sittax wieġeb ħati li f’sitt okkażjonijiet, seraq għadd ta’ ġiżirajjen mingħand nisa anzjani ta’ etajiet bejn ħamsa u ħamsin, u tlieta u tmenin sena. Il-każijiet seħħew kollha fil-Mosta u n-Naxxar.

Fil-Qorti ntqal kif iż-żgħażugħ, eks-plejer ta’ taħt id-dsatax-il sena ta’ Ħamrun, huwa vvizjat bid-droga.

Il-Maġistrat Edwina Grima, li ddeċidiet l-appell, qalet li uwa evidenti li s-sentenza oriġinali mhijiex mistħoqqa, la għall-akkużat, u wisq anqas għall-vittmi, li waħda minnhom saħansitra spiċċat l-Isptar għall-kura.

Xaharejn ħabs wara li neża’ għarwien fil-qorti

Samir Almiri ta’ 35 sena u li hu residenti f’ Santa Luċija, weħel xaharejn ħabs wara li nstab ħati li neża għarwien quddiem il-Maġitsrat Audrey Demicoli.

Il-każ ġara fis-7 ta’ Novembru tas-sena 2017. Xehedu dan, 7 pulizija li kienu preżenti.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Priscilla Caruana.

6 xhur ħabs għall-parker li m’obdiex il-qorti

Edward Farrugia, li ppoża ta’ parker f’parkeġġ pubbliku fil-Belt, ingħata sentenza ta’ 6 xhur ħabs u ġie mmultat €2,000 wara li m’obdiex ordni tal-Qorti biex ma jersaqx lejn il-parkeġġ.

Farrugia ġie arrestat bħal-llum ġimgħa fil-parkeġġ ta’ Hastings, fejn kien qed joffri servizz biex jaħsel il-karozzi. Hu inżamm taħt il-kustodja minn dak inhar.

L-uffiċjali ta’ Transport Malta kienu ilhom jinsistu mas-sur Farrugia biex ma jibqax fil-parkeġġ fejn kien qed jippoża ta’ parker meta m’għandux it-tag ta’ Transport Malta. L-Awtorita’ fetħitlu żewġ kawżi l-qorti imma hu ma tax widen u baqa’ jiffastidja lis-sewwieqa.

Transport Malta ġabret aktar evidenza u fetħitlu kawża oħra. Fil-5 ta’ Jannar, il-Maġistrat Joe Mifsud immultah €500, il-massimu li tippermetti l-liġi, u ordnalu ma jersaqx lejn iż-żona.

Minkejja dan, hu reġa’ ġie arrestat ħmistax wara fejn reġa’ deher quddiem il-Maġistrat Mifsud u ġie kkundannat 6 xhur ħabs filwaqt li mmultat €2,000, wara li injora l-ordni tal-Qorti,

Is-sewwieqa jistgħu jipparkjaw bla ħlas fil-parkeġġi pubbliċi u mhumiex obligati jagħtu donazzoni. Il-parkers liċenzjati għandhom jilbsu t-tag ta’ Transport Malta Transport Malta ħeġġet lil kull min jiltaqa’ ma’ xi abbuż biex jirraporta fuq il-freephone 80072393.

Ta kelmtu li ma jerġax iwettaq reat ieħor

Ashraf Sultan, Malti ta’ nisel Għarbi reġa’ ngħata ċans ieħor mill-qorti wara li ta kelmtu li ma jerġax iwettaq reat ieħor. Sultan għandu 32 sena.

Dan wara li l-bieraħ prova jidħol f’dar fl-Iklin u prova jaħrab iżda nqabad mill-pulizija.

Ashraf Sultan ammetta quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri għall-akkużi miġjuba kontrieh u l-qorti tagħtu 16-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn.

 

Seraq basktijiet ta’ żewġ anzjani minħabba problema tad-droga

Quddiem il-Maġistrat Monica Vella, raġel ta’ 32 sena residenti l-Belt ġie kkundannat għal 18-il xahar ħabs wara li ammetta li seraq basktijiet lil żewġ nisa fil-Belt stess u fil-Ħamrun. Il-każijiet seħħew fil-11 u fit-12 ta’ Jannar.

Id-difiża talbet biex ir-raġel jingħata l-għajnuna minħabba problema fid-droga. Minħabba li kellu diġà sentenza sospiża, ir-raġel se jiskonta sentenza ta’ 12-il xahar habs.

Jintbagħat il-ħabs, ġuvni ta’ 18-il sena

Illum fil-qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke, Massimo Fasanelli ta’ 18-il sena ġie kkundannat għal 10 xhur habs kif ukoll ordnat iħallas is-somma ta’ €400 fi żmien 6 xhur lil min seraqha.

Hu ammetta li seraq oġġetti li ma jammontawx għal aktar minn €2,000. Dan seħħ f’Tas-Sliema. Kien ukoll akkużat li kien riċediv.

 

Send this to a friend