ħabs | One News - Part 14

Notifiki

“Ħarġitu” mill-ħabs

Il-vittma tal-qtil f’San Ġiljan nhar il-gimgħa aġixxiet biex dak li hu suspettat bil-qtil tagħha seta joħroġ mill-ħabs waqt li qed jinstemgħu każi fil-konfront tiegħu.
Aqra aktar

“Emendi li ilna nistennew u li huma importanti ħafna”

Aqra aktar

Ħabs wara li kera dar li mhux tiegħu

Wara sentejn jikri farmhouse li ma kinitx tiegħu lill-ħaddieħor, Duncan Buttigieg ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs. Buttiġieġ instab ħati li iffroda lil ħdax-il Malti billi ġabrilhom id-depożiti għall-kirjiet ta’ farmhouse u li huwa reċidiv.
Aqra aktar

Jibqa l-ħabs GĦAL GĦOMRU

Se jibqa’ għomru l-ħabs David Zerafa, li tliet snin ilu nstab ħati bil-qtil tal-avukat Michael Grech. Dan iddeċidietu llum il-Qorti tal-Appell.

Id-delitt kien seħħ f’Marsalforn f’Mejju 2004, meta l-avukat kien dieħel fl-appartament tiegħu. Zerafa sparalu tir u tah daqqiet ta’ baseball bat.

Zerafa kien tressaq il-Qorti mill-Pulizija wara li kixfuh żewġ priġunieri oħra li kien tkellem magħhom meta kien il-ħabs.

Aqra aktar

Ħabs wara li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest

Raġel ta’ 32 sena ġie ikkundanat erba’ xhur ħabs wara li ammetta li naqas milli josserva l-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.

F’Marzu li għadda hu ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq għadd ta’ kundizzjonijiet fosthom li jiffirma kuljum fl-għassa tal-pulizija tal-Qawra .Izda l-pulizija qalet li r-raġel ma baqa jagħmel dan.

Ir-raġel bħalissa qed jgħaddi proċeduri separati fil-Qorti fuq akkuzi ta’ theddid. L-avukat li dehret għall-akkużat qalet li għal xi żmien ir-raġel kien jinżamm Monte Carmeli, u kif ħareġ ma fehemx x’kien mitlub minnu.

4 xhur ħabs wara li daħħal miegħu l-ħabs l-eroina

Raġel ta’ 35 sena mill-Kosta tal-Ivorju ingħata s-sentenza t’erba’ xhur ħabs wara li nstab ħati li kellu fil-pussess tiegħu d-droga eroina meta daħal fil-ħabs ta’ Kordin. Il-każ imur lura għal Marzu tas-sena l-oħra, meta mar fil-Faċilità biex iħallas depożitu fuq każ ieħor li kellu.
Aqra aktar

18,000 imutu f’ħabsijiet tal-istat fis-Sirja

• Rapport ta’ Amnesty International jgħid li dan bejn l-2011 u l-2015

Rapport xokkanti juri kif 18,000 persuna mietu waqt li kienu fil-kustodja tal-gvern fis-Sirja bejn l-2011 u l-2015. Ir-rapport ta’ Amnesty International, li għalih kienu mitkellma 65 persuna li salvaw, jgħid li f’dawn il-ħabsijiet kienu vittmi ta’ swat u stupru kontinwu.Aqra aktar

Send this to a friend