ħabs – One News

Notifiki

Raġel bi storja twila kriminali lura l-qorti wara li seraq strumenti mużikali

Raġel minn Ħal Qormi inzamm arrestat wara li allegatament seraq strumenti tal-muzika mingħand grupp tal-muzika lokali Cryptic Street.

Renald Baldacchino ta’ erbgħin sena ġie iddentifikat wara li kien hu li kiteb fuq il-Maltapark li jrid ibiegħ zewġ strumenti tal-muzika. Bl-istrumenti ġew iddentifikati mill-pulizija li huma l-stess strumenti li ġew misruqa iktar minn sena u nofs ilu mill-garaxx tal-grupp f’Birkirkara.

L-akkuzzat li għandu rekord kriminali wieġeb mhux ħati għall-akkuzi miġjuba kontrih.
Baldacchino li huwa riċediv ġie akkuzzat li kiser il-kundizzjonijiet marbuta mas-sentenza sospiza u l-ħelsien mill-arrest li ingħata għall-erba darbiet.

Għaldaqstant il-Maġistrat Neville Camilleri ordna sabiex l-akkuzzat jinzamm arrestat.

Raġel ikkundannat sena ħabs wara li nstab ħati ta’ pussess u traffikar tad-droga

Mario Farrugia ta’ 38 sena minn Santa Venera nstab ħati ta’ pussess u traffikar tad-droga kokaina u eroina. Il-każ imur lura għal Marzu tal-2009, meta il-Pulizija kienu sabu droga u affarijiet relatati mad-droga fid-dar ta’ Farrugia.
Ir-raġel huwa ukoll riċediv.

Il-Maġistrat Neville Camilleri sab lil Farrugia ħati u kkundannah sena ħabs. L-akkużat kien ordnat ukoll iġallas multa ta’ €1,500.

George Degiorgio b’allegazzjoni dwar trattament ‘degredanti’ fil-ħabs

George Degiorgio, wieħed mit-tliet irġiel li qed jiġu akkużari bil-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia, qed jakkuża lid-Direttur tal-ħabs ta’ Kordin bi trattament degredanti.

F’ittra ġudizzjarja, Degiorgio qed jallega li ma tħalliex jieħu t-trattament li kellu bżonn għal uġigħ fi spalltu. Huwa qal li l-uffiċjali tal-ħabs ma tawx kas il-kundizzjoni tiegħu u tawh biss mediċina għall-uġigħ bħala mezz ta’ kura temporanja. Qal ukoll li minkejja li għadda d-dettalji tat-tabib tiegħu lill-uffiċjali, huma baqgħu passivi.

L-avukat ta’ Degiorgio qal li skont il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u fin-nuqqas ta’ kura medika ekwa, il-proċeduri ttieħdu mingħajr ebda twissija.

Gidem id uffiċjal tant li ntuża l-pepper spray biex ikun imrażżan – Immultat €5,000 b’sentejn ħabs effettivi u deportazzjoni

Joseph Feilazoo ta’ 42 ġie kkundannat sentejn ħabs, immultat €5,000 u deportazzjoni malli jiskonta s-sentenza. Is-sentenza ingħatat mill-Maġistrat Joseph Mifsud li għalkemm fehem li l-imputat kien iffrustrat wara li kien għadu kemm skonta sentenza ta’ 10 snin u kellu jistenna perjodu ieħor qabel ikun rilaxxat, xorta waħda ma kellux jagġixxi b’dak il-mod anke meta għandu pendenzi oħra mal-qorti.

Aqra aktar

Qed jirkupra l-Isptar wara li ħa ammont kbir ta’ droga qabel ma ddaħħal il-ħabs

Raġel li kien qed jinżamm arrestat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jinsab stabbli fl-ITU wara li ttieħed għal osservazzjoni minħabba li kien ħa doża qawwija ta’ droga.

Kelliem għall-Ministeru għall-Intern spjegat ma’ one.com.mt li jidher li r-raġel ħa d-droga qabel ma ttieħed Kordin. Uffiċjali tal-ħabs imbagħad bdew jinnutaw li l-imġieba tiegħu ma kinitx normali, u kien ordnat li dan jittieħed l-isptar għall-osservazzjoni. Minkejja l-ammont ta’ droga li ħa, ir-raġel qed jirkupra l-ITU u jinsab f’qagħda stabbli.

Intant, inkjesta interna għadha għaddejja fil-ħabs biex ikun determinat x’ġara eżatt f’dan il-każ.

Tinbidillu sentenza ta’ 10 xhur ħabs wara li ma nstabx ħati li kien kompliċi fi frodi

Arnold Farrugia ta’ 50 sena kellu s-sentenza ta’ għaxar xhur ħabs mibdula wara li l-Qorti tal-Appell ma sabitux ħati li kien kompliċi fi frodi.

Il-każ jeħodna lura għall-2012 meta allegatament, Farrugia flimkien ma’ Martin Degabriele ikkommettew frodi għad-dannu tal-kumpanija Gasan Enterprises. Il-Qorti semgħet kif l-akkużat kien jagħmel xogħol fuq minibuses ta’ Degabriele meta dawk kienu bil-ħsara, u l-kumpanija ntalbet tħallas dan kollu.Aqra aktar

Il-Kokaina tibagħtu 10 snin ħabs u tiswieħ multa ta’ €25,000

David Castillo Rafael mill-Bolivja weħel 10 snin ħabs u multa ta’ €25,000 wara li wieġeb li hu ħati ta’ importazzjoni u traffikar tad-droga.

Din id-droga ma kinitx għall-użu personali tiegħu. Il-qorti ordnatlu wkoll iħallas is-somma ta’ €4,273.70 għall-ispejjeż tal-Qorti.

Żewġ żgħażagħ ikkundannati l-ħabs wara li serqu ġiżirana minn għonq anzjana

Żewġt irġiel ta’ 34 sena u 28 sena rispettivament instabu ħatja li serqu ġiżirana minn għonq anzjana, li għandha 64 sena.

Il-każ jeħodna lura għall-2012 meta ż-żewġ ġuvintur serqu giżirana minn għonq anzjana li kienet tiswa aktar minn €2,300. Jidher li s-serqa saret bi vjolenza, tant, li l-anzjana sofriet ġrieħi ħfief. L-akkużati nstabu ħatja wkoll li kienu qed iġorru arma magħhom mingħajr il-liċenzja meħtieġa, u li kellhom fil-pussess tagħhom oġġetti misruqa oħra.

Kurt Grima, il-ġuvni ta’ 34 sena, intbagħat sitt snin u nofs ħabs, filwaqt li Oglive Grima kien ikkundannat ħames snin ħabs.

Send this to a friend