GWU | One News

Notifiki

Jiġi ffirmat ftehim kollettiv bejn l-AWAS u l-GWU

Dalgħodu ġie ffirmat it-tieni ftehim kollettiv bejn l-Aġenzija għall-Ħarsien tal-Persuni li qed ifittxu Ażil (AWAS) u l-General Workers Union. Dan il-ftehim kollettiv mhux biss se jtejjeb il-kundizzjonijiet tal-pagi u l-mod li bihom il-ħaddiema javvanzaw fl-iskali, imma jinkludi fih miżuri li jattira wkoll impjegati ġodda f’dan is-settur.

Aqra aktar

Ħtieġa li jitwessa’ l-prinċipju tal-ħlas ugwali

F’ekonomija li qed tesperjenza tkabbir kontinwu, fejn l-intrapriżi qed ikunu kompetittivi u jkabru l-profitti tagħhom, wasal iż-żmien li aktar ħaddiema jipparteċipaw fis-suċċess li qed jikseb pajjiżna. Għalhekk huwa meħtieġ li fiż-żminijiet tal-lum, il-prinċipju fil-liġi tax-xogħol marbut ma’ ħlas ugwali għal xogħol ugwali jkun imwessa’ u jibda jkopri lil ħaddiema kollha li jaħdmu f’azjenda, anke jekk mhumiex f’impjieg dirett magħha.

Dan kien il-qofol ta’ laqgħa li kellha l-Amministrazzjoni tal-General Workers’ Union, immexxija mis-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja, flimkien mal-kandidata Laburista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Dr Josianne Cutajar. Aqra aktar

Ftehim kollettiv bejn l-GWU u l-MGA

Il-General Workers’ Union, permezz tat-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi ffirmat ftehim kollettiv għall-impjegati tal-Awtorità Maltija dwar il-Logħob (MGA) li huma fil-gradi ta’ Gaming Inspectors u Shift Leaders. Il-ftehim kollettiv li jkopri perjodu ta’ erba’ snin sal-2020 qed itejjeb il-kundizzjonijiet tal-impjegati fosthom f’titjib fis-salarji u inċentivi finanzjarji oħra li huma marbuta mat-tip ta’ xogħol li jwettqu.

Aqra aktar

Il-GWU tfakkar il-75 sena mit-twaqqif tagħha

Il-General Workers’ Union qed tfakkar il-75 sena mit-twaqqif tagħha.

F’kungress li ġie organizzat għal dan l-anniversarju, il-Prim Ministru Joseph Muscat faħħar il-ħidma tal-General Workers Union u l-kisbiet li għamlet tul dawn l-aħħar snin għall-interess tal-ħaddiema.Aqra aktar

Il-GWU sodisfatta bil-qbil li ntlaħaq mal-Gvern

Il-General Workers Union esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għall-qbil li ntlaħaq mal-gvern dwar il-parkeġġ l-isptar Mater Dei għall-ħaddiema tal-kuntrattur preċident.

Aktar minn sitt mitt ħaddiem li fil-kuntratt preċedenti tal-parkeġġ kienu jgawdu minn parkeġġ b’xejn, l-gvern se jħallas għall-ispejjez tal-parkeġġ tagħhom. Jew se jagħti inċentiv ta’ tmintax-il ewro fix-xahar għal dak li ma jmorrux ix-xogħol bil-karozza.

Aqra aktar

Il-Gvern u l-GWU bi ftehim dwar il-parkeġġ għall-ħaddiema tal-Isptar MDH

Il-General Workers’ Union u l-Gvern wasslu fi ftehim biex il-Gvern ikopri l-ispiża għall-provvista ta’ parkeġġ b’xejn għall-ħaddiema li kienu jużaw il-parkeġġ tal-Isptar Mater Dei. Fl-istess ħin, ħaddiema li ma jużawx il-vettura privata tagħhom jingħataw allowance ta’ €18 biex tkun ta’ inċentiv ħalli jużaw transport alternattiv. Aqra aktar

Il-GWU tikseb l-għarfien ewlieni fil-LESA

Il-General Workers’ Union kisbet l-għarfien ewlieni fil-Local Enforcement System Agency (LESA) wara li proċess ta’ verifika kkonkluda li l-Union għandha l-maġġoranza assoluta tal-impjegati bħala imsieħba tagħha. Għaldaqstant permezz ta’ hekk il-GWU hija l-Union li tista’ tirrappreżenta u tinnegozja b’mod kollettiv f’isem l-impjegati ta’ din l-entità.

Aqra aktar

Il-GWU mħassba dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol f’Palumbo

Wara li lbieraħ seħħ aċċident fuq il-post tax-xogħol fit-Tarzna ta’ Palumbo li kawża tiegħu ħaddiema spiċċaw l-isptar, għal darb’oħra l-General Workers’ Union turi t-tħassib tagħha dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-livelli ta’ saħħa u sigurtà li qed jaħdmu fihom it-tarznari ta’ Palumbo. Il-GWU ilha snin titkellem dwar il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema f’din it-tarzna u l-perikli li jeżistu minħabba nuqqas ta’ tħaris għall-kundizzjonijiet aħjar dwar is-saħħa u sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol.

 

Aqra aktar

Send this to a friend