gwardamangia – One News

Notifiki

BIR-RITRATTI: Residenti evakwati minn djarhom fi Gwardamangia minħabba theddida ta’ bomba

Numru ta’ residenti spiċċaw ġew evakwati minn djarhom minħabba theddida ta’ bomba fil-Gwardamangia. Jidher li bħalissa għaddejja investigazzjoni mill-Pulizija u l-Armata, hekk kif daħal rapport ta’ vann ipparkjat fi Triq l-Ursolini li nissel suspett.

Hu mifhum ukoll li Triq l-Ursolini ingħalqet għat-traffiku bħala prekawzjoni.

 

 

“Kien hemm paniku kbir, ir-rogħda għadha fuqi”- residenta oħra tiddeskrivi l-mument li ġġarrfet il-binja fil-Gwardamangia

Janet Walker, residenta oħra fit-triq li fiha ġġarfet binja l-Ħamis filgħodu ddeskriviet kif malli nħass it-theżżiż mexxiet il-familja kollha tagħha ‘l barra mill-binja. Hija toqgħod biswit il-binja li ġġarrfet.

F’kummenti ma’ ONE News, Walker qalet li kemm-il darba ressqet ilmenti dwar l-istat tal-bini, iżda qalet li ma tteħditx azzjoni. Hija żiedet tgħid li dak il-ħin inqala’ paniku kbir, u li issa, l-inkwiet ta’ dawn il-familji huwa fejn se jitfgħu rashom.Aqra aktar

ARA: “Filli qiegħed ħdejn il-fridge, u filli nara l-ġebel jaqa’ fuq xulxin qisni għandi xi big screen”

Raymond Brincat, resident fil-blokka ta’ appartamenti li ġġarrfet kmieni l-Ħamis fil-Gwardamangia ddeskriva x-xena li mhu se jinsa’ qatt, hekk kif fil-ħin li ġġarrfet il-binja kien fl-appartament tiegħu ma’ ibnu.

Brincat qal kif dak il-ħin huwa kien fil-kċina, fejn għall-ewwel ħass theżżiża iżda ħaseb li kienet tal-gaffa bħas-soltu. Hawnhekk żied jiddeskrivi kif, ‘bħal donnu fuq xi big screen’, ra ġebla wara oħra taqa’ mill-binja.Aqra aktar

Send this to a friend