Gvern | One News - Part 7

Notifiki

“Aħna lesti nimxu t-triq kollha biex naslu għal ftehim”- Il-Ministru Evarist Bartolo

“Aħna lesti li nimxu t-triq kollha, u nirtiraw l-abbozzi ta’ liġi biex bħala ġest ta’ rieda tajba nasslu għal ftehim u nevitaw inkwiet żejjed fil-qasam edukattiv”.

Qal dan il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo f’konferenza tal-aħbarijiet ftit tal-ħin wara li l-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvern lest jirtira l-abbozz ta’ liġi dwar l-edukazzjoni bħala sinjal ta’ rieda tajba.

 

 

Il-PM: “Il-Gvern lest jirtira l-abbozz ta’ liġi dwar l-Edukazzjoni- nistennew li l-MUT tirtira l-istrajk immedjatament”

Il-Prim Ministru Joseph Muscat iddikjara li minkejja l-fatt li l-liġi l-ġdida tal-Edukazzjoni ma taffettwa bl-ebda mod il-warrants tal-għalliema, u li ħadd ma qajjem din il-kwistjoni matul perjodu twil ta’ konsultazzjoni, il-Gvern lest li jirtira l-abbozz ta’ liġi bħala sinjal ta’ rieda tajba. Aqra aktar

Għada jerġa’ jiltaqa’ l-parlament

Minn għada se jerġa’ jibda jiltaqa’ l-Parlament Malti wara waqfa ta’ ftit ġimgħat għall-btajjel tas-sajf. Għalkemm ix-xhur tas-sajf kienu impenjattivi għall-Gvern. Dan mhux biss minħabba l-implimetazzjoni politika iżda wkoll għaliex ilGvern kien qed iħejji l-aġenda parlamentari tiegħu. Aġenda ta’ gvern li ma jibżax mill-bidla u li għandu l-għan ikompli jtejjeb il-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin. Il-Whip tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista Byron Camilleri sostna li aġenda riformista se tkun implimentata fix-xhur li ġejjin.

Aqra aktar

Se jibda daqt l-iskavar għall-pixxina f’Għawdex

Is-sejħa għall-offerti biex jingħata bidu għall-ewwel fażi tal-proġett tal-pixxina f ’Għawdex ingħalqet matul din il-ġimgħa. Ikkuntattjat mill-gazzetta KullĦadd kelliem għall-Ministeru għal Għawdex laqa’ b’sodisfazzjon l-interess li ntwera f ’dan il-proġett hekk mixtieq minn dawk kollha li jipprattikaw xi sport akwatiku jew jirrikorru għal xi tip ta’ terapija.

Aqra aktar

L-inkjesta mill-EBA konferma ta’ kemm l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna huma b’saħħithom

 

Id-deċiżjoni tal-Awtorità Bankarja Ewropea li tagħlaq inkjesta preliminari dwar possibilità ta’ ksur ta’ liġijiet Ewropej li kienet maħsuba li ssir fuq l-MFSA b’rabta ma’ liġijiet Ewropej, dan wara li sabet li l-istess awtorità taderixxi perfettament mal-liġijiet u direttivi Ewropej, hija konferma tas-saħħa tal-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna.

Aqra aktar

ARA: Il-Gvern konsistenti mad-deċiżjoni tal-U.E. dwar il-vapuri tal-NGOs

Il-Gvern Malti tenna d-deċiżjoni li ħadu l-mexxejja Ewropej f’Ġunju li għadda dwar il-vapuri ta’ għaqdiet mhux governattivi li kienu qegħdin jagħmlu missjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ tal-immigranti fil-Mediterran.

F’ittra mibgħuta mill-Ministru Helena Dalli lid-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew li talbet lill-Gvern iħalli jitilqu minn Malta l-vapuri MV Lifeline u Seawatch 3, il-Gvern fakkar fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju li għadda. Qal li l-Kunsill kellu pożizzjoni ċara dwar l-operazzjonijiet tal-bastiment tal-NGOs fil-Mediterran fejn kien hemm qbil li dawn iridu jirrispetattaw il-liġijiet internazzjonali u ma jxekklux l-operazzjonijiet li qed iwettqu l-Gwardji tal-Kosta Libjana. Dwar l-MV Life Line, il-Gvern qal li Malta timxi bir-rule of law u d-deċiżjoni dwaru tittieħed ladarba jkun hemm deċiżjoni mill-Qrati Maltin. Aqra aktar

Send this to a friend