Gvern | One News - Part 3

Notifiki

Il-Gvern Malti se jagħti l-għajnuna meħtieġa lil Sea Watch 3 u Prof Albrecht Penck f’każ ta’ emerġenza

Il-Gvern Malti qed isegwi mill-qrib is-sitwazzjoni b’rabta mal-bastiment Sea Watch 3 u Prof Albrecht Penck u se jkun qed jagħti kwalunkwe għajnuna meħtieġa f’każ ta’ emerġenza, skont kif huwa marbut bil-liġi li jagħmel sakemm ma tinstab soluzzjoni. Dan hekk kif Malta, għal darb’oħra, se tkun qed terfa’ responsabbiltajiet li jmorru lil hinn minn dak mitlub minnha f’dik li hija solidarjetà Ewropea.Aqra aktar

Il-Gvern se jagħti protezzjoni u serħan tal-moħħ dwar il-muniti virtwali bħall-bitcoin

Ikun aħjar li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ma jattakkax il-qasam tal-Blockchain, li Malta bi kburija kienet l-ewwel pajjiż fid-dinja li lleġislat favurih biex jinħoloq aktar xogħol, u jkun inċentivat aktar tkabbir ekonomiku.

Dan qalu s-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali, u Innovazzjoni b’reazzjoni għal dak allegat minn Adrian Delia f’intervent fuq ir-radju l-Ħadd filgħodu.

Is-Segretarjat Parlamentari qal dan b’referenza għal allegazzjoni ta’ Adrian Delia l-Ħadd filgħpodu dwar il-bitcoin. Fi stqarrija kien iċċarat ukoll li s-Segretarjat qed jieħu l-passi kollha meħtieġa f’dan il-qasam, fosthom anke permezz tal-Pulizija. Intqal ukoll, kif kontra tal-ħafna insinwazzjonijiet li prova jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni, dan il-Gvern se jkun qed jagħti aktar protezzjoni u serħan tal-moħħ anke għall-muniti virtwali bħal ma hi l-bitcoin. Apparti dan, ftit tal-ġimgħat ilu ġiet imnedija kampanja mis-Cyber Security Steering Committee sabiex il-pubbliku jkun infurmat b’attivitajiet frudulenti.Aqra aktar

Il-Gvern iwieġeb għall-kummenti tad-DPM Taljan dwar il-bastiment SeaWatch 3

Il-bastiment SeaWatch 3 wettaq l-operazzjoni ta’ salvataġġ ta’ immigranti ‘l barra mir-reġjun ta’ tfittxija u salvataġġ ta’ Malta. Dan ikkonfermah il-Gvern Malti fi stqarrija tard il-Ġimgħa filgħaxija, fi tweġiba għal diversi kummenti pubbliċi li għamel id-Deputat Prim Ministru Taljan, Luigi Di Maio.

Il-Gvern żied jgħid li l-operazzjoni ta’ salvataġġ saret aktar viċin tal-Italja minn Malta, u filwaqt li l-NGO talbet lill-Italja tipprovdi port sigur għall-iżblokk tal-immigranti, l-Italja irrifjutat li tagħmel dan, u l-bastiment ma kellux għażla oħra għajr li jsalpa u jikseb refuġju fl-ibħra territorjali Maltin.Aqra aktar

Il-Gvern jagħti €10,000 lis-Soċjetà Mużikali San Girgor biex issir aktar aċċessibbli

Ftehim bejn il-Gvern u s-Soċjetà Mużikali San Girgor ta’ Tas-Sliema wassal biex l-istess għaqda mużikali tirċievi €10,000 mill-Fond ta’ Kontinġenza għall-għaqdiet volontarji. B’dawn il-flus, is-Soċjeta Mużikali San Girgor se tinstalla glass cladding madwar il-lift sabiex ikun jista’ jintuża u b’hekk tiżdied l-aċċessibiltà għal persuni b’diżabilità.Aqra aktar

Il-Gvern se jinvesti €23 miljun għat-tisħiħ fil-qasam tal-persuni b’diżabilità

Mill-bidu ta’ Jannar daħlu fis-seħħ għadd ta’ miżuri li tħabbru fil-Budget għal din is-sena li se jkomplu jtejbu l-livell tal-għajxien tal-persuni b’diżabilità.

B’investiment ta’ €23 miljun, jiġifieri €4 miljun aktar mis-sena l-oħra, il-Gvern se jkompli jwettaq fażi oħra tar-riforma fl-Assistenza għall-Persuni b’Diżabilità.

L-ewwel miżura li se tidħol fis-seħħ hi ż-żieda fil-benefiċċji li se tingħata lill-persuni b’diżabilità li daħlu fid-dinja tax-xogħol u anke l-persuni b’diżabilità severa u li assolutament ma jistgħux jaħdmu. Dan il-benefiċċju se jiżdied minn €140 għal €150 fil-ġimgħa. Minbarra hekk l-iskema se tiġi estiża għal 600 persuna oħra.Aqra aktar

Send this to a friend