Gvern – One News

Notifiki

Sodisfatti bil-politika tal-Gvern kontra l-faqar

Fi Stqarrija, l-organizzazzjoni Xellugija Żminijietna esprimiet sodisfazzjon għall-politika tal-Gvern fil-ġlieda kontra l-faqar. Qalu li l-istatistika Nazzjonali dwar il-faqar tikkonferma li l-politika tal-Gvern fil-qasam ekonomiku u soċjali qed twassal għar-riżultati tajbin biex finalment jiġi miġġieled il-faqar, kemm għal dak li hu dħul kapitali u d-diversi miżuri soċjali. Mill-banda l-oħra qalu li jridu iktar ħidma kontra l-prekarjat u fis-settur tal-housingAqra aktar

Il-pensjonijiet l-akbar fattur fiż-żieda fin-nefqa soċjali

Matul is-sena 2016 in-nefqa fis-sigurtà soċjali laħqet €1.6 miljun. Ftit aktar minn €70 milun aktar mis-sena ta’ qabel. L-ikbar żieda fis-sistema tas-sigurtà soċjali kienet fil-benefiċċji kontributorji, ewlenin fosthom il-pensjonijiet.

Filfatt iż-żieda fil-pensjonijiet li ta l-Gvern Laburista anki matul dik is-sena rat nefqa akbar ta’ €44 miljun fuq is-sena ta’ qabel.Aqra aktar

Milqugħa 90% tar-rakkomandazzjonijiet tal-NAO

Fl-aħħar rapport tiegħu għall-2017 dwar il-ħidma tad-dipartiment tal-Gvern, l-Awditur Ġenerali għamel 192 rakkomandazzjoni biex tiżdied il-kontabbiltà fit-tmexxija. Is-Segretarju Permanenti Ewlieni tal-Gvern qal li ttieħdu passi biex ġew implimentati 172 rakkomandazzjoni jiġifieri madwar 90 fil-mija tar-rakkomandazzjonijiet kollha.

F’konferenza tal-aħbarijiet li matulha ġie ppubblikat r-raba’ rapport tax-xorta tiegħu, is-Sur Cutajar spjega li r-rapport tal-awditur jelenka 332 azzjoni li minnhom diġà twettqu 78% waqt li l-kumplament jinsabu fil-proċess li jitwettqu.Aqra aktar

Imħabbra regolamenti ġodda għat-twaqqigħ u l-iskavar – multi ħorox ħafna għal min jiksirhom

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern se jippubblika regolamenti ġodda għall-konsultazzjoni pubblika biex jirregolaw il-qasam partikolari fir-rigward tal-iskavar u twaqqigħ ta’ bini. Dan wara li nħarġu struzzjonijiet biex il-pemessi għal xogħlijiet kollha ta’ twaqqigħ u tħaffir f’siti ta’ kostruzzjoni fil-pajjiż jiġu sospiżi temporanjament.

Waqt laqgħa l-Ħamis waranofsinhar, il-Prim Ministru Muscat qal li f’każijiet fejn ix-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa jistgħu jkunu ta’ periklu, il-perit tal-proġett se jintalab li jagħmel sottomissjoni lill-awtorità kompetenti biex jekk jirriżulta li jkun hemm periklu jkun jista’ jibqa’ għaddej ix-xogħol. Dan se jkun fuq kwistjoni ta’ eċċezzjoni u mhux kwistjoni ta’ regola.Aqra aktar

Jason Azzopardi kontra d-deċiżjoni tal-Gvern li jissospendi l-permessi ta’ twaqqigħ u skavar

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ħareġ jattakka d-deċiżjoni tal-Gvern li jissospendi b’mod immedjat il-permessi għat-twaqqigħ u skavar. Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar dan il-Ħamis wara li ġġarrfet binja fil-Gwardamangia, fejn b’xorti tajba ħadd ma’ weġġa’.

Id-deċiżjoni għaqlija tal-Gvern ma niżlet xejn tajjeb ma’ Azzopardi, tant, li fuq il-profil personali tiegħu ta’ Facebook, iddeskriva d-deċiżjoni tal-Gvern bħala ‘azzjoni popolista’.

L-MDA tgħid li se tappoġġja kull azzjoni li jieħu l-Gvern dwar xogħlijiet ta’ skavar

L-Assoċċjazzjoni għall-Iżviluppaturi Maltin qalet li se tappoġġja kull azjoni li jieħu l-Gvern dwar xogħlijiet ta’ skavar. Dan b’reazzjoni għat-tiġrif tal-binja fil-Ħamrun aktar kmieni l-Ħamis.

Fi stqarrija, l-MDA ingħaqdet ma’ diversi membri mill-pubbliku u appellat biex tittieħed azzjoni urġenti dwar din il-kwistjoni. Hija żiedet tappella biex l-awtoritajiet iwaqqfu Steering Committee biex ikunu mfassal regoli dwar siti ta’ kostruzzjoni. Dawn ir-regoli jorbtu lil dak li jkun biex jinvestiga dwar l-istabbiltà tal-binjiet u jfassal modi ta’ kif dawn jistgħu jkunu protetti.

Send this to a friend