gvern malti | One News

Notifiki

Il-Gvern Malti jistieden lill-Gvern Taljan jieqaf jirrepeti allegazzjonijiet mhux sostanzjati

Il-Gvern Malti wieġeb allegazzjonijiet tad-Deputat Prim Ministru Taljan, Matteo Salivini, li Stati Membri tal-Unjoni Ewropea naqsu milli jipparteċipaw f’rilokazzjonijiet tal-immigranti. Fi stqarrija, il-Gvern fakkar lil Salvini li Malta kkordinat l-ewwel operazzjoni ta’ rilokazzjoni bejn numru ta’ Stati Membri Ewropej fil-każ tal-bastiment Lifeline. L-istess bastiment li minnu, l-Italja offriet li tieħu 50 immigrant minn Malta.Aqra aktar

Il-Gvern iwieġeb għall-kummenti skorretti tal-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte dwar id-Diciotti

Il-Gvern ta’ Malta jirreferi għall-kummenti skorretti li saru mill-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte fir-rapport tiegħu dwar il-każ tad-Diciotti iktar kmieni llum.

Il-Gvern Malti jisħaq li fil-każ tad-Diciotti, il-Gvern Taljan irid jerfa’ r-responsabbiltà kollha bl-obligazzjonijiet taħt il-liġi Ewropea u dik internazzjonali.

Aqra aktar

Malta – Il-gżira tal-Blockchain

Dan huwa l-isem li qed jagħtu lill-pajjiżna l-intraprendituri u l-investituri f’dan il-qasam.

Tim Draper, wieħed mill-akbar intraprendituri Amerikani fil-qasam tad-DLT u l-blockchain kien f’pajjiżna u ma’ dan l-istazzjon spjega kif din il-gżira ċkejkna qed tkun pijuniera f’qasam li skont hu se jkun ferm akbar mill-internet u kull teknoloġija oħra li teżisti.

Aqra aktar

Send this to a friend