gvern lokali – One News

Notifiki

ARA: Imnedija r-riformi tal-Gvernijiet Lokali

Tnediet uffiċċjalment ir-riforma tal-Kunsilli Lokali li se twassal għal titjib f’ħidmiethom bil-għan li jersqu aktar u jaqdu aħjar il-bżonnijiet taċ-ċittadin.

Mill-bini tal-mużew Muża fil-Belt fil-preżenza ta’ numru ta’ sindki, is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis qal li din ir-riforma se twassal għal involviment akbar fil-komunitajiet madwar il-gżejjer Maltin.

Aqra aktar

Titnieda l-White Paper dwar ir-riforma fil-Gvern Lokali

F’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali, tnediet White Paper għall-konsultazzjoni pubblika li mistennija tirriforma l-Gvern Lokali.

Dan kollu bil-għan li jissaħħu l-Kunsilli Lokali u reġjonali, filwaqt li jingħata importanza lill-qasam soċjali sabiex ħadd ma jiċċaħħad minn opportunitajiet u servizzi li jtejbu l-kwalità tal-ħajja. Aqra aktar

Il-Gvern jemmen fir-Reġjuni tagħna

Dalgħodu s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet attenda għal konferenza tal-aħbarijiet dwar il-Malta International Folk Festival li se jsir bejn is-27 u t-30 ta’ Settembru. Dan il-festival, organizzat mir-Reġjun Tramuntana, ġie ffinanzjat mill-fond għall-pjani reġjonali ekonomiċi, soċjali u kulturali. Dan il-festival attira 7 parteċipanti internazzjonali u se jieħu sehem ukoll 11-il grupp minn madwar Malta u Għawdex li jinkludu wkoll għaqdiet tal-baned.

Aqra aktar

#Treedom għal żoni iktar ħodor f’Ħad-Dingli

L-importanza ta’ iktar tħawwil ta’ siġar indiġeni qiegħda kulma tmur tiżdied. Minbarra li estetikament dawn isebbħu l-irħula u l-ibliet tagħna, il-benefiċċiji li wieħed jieħu mis-siġar imorru lil hinn minn hekk, u huma ħafna l-kampaniji edukattivi mmirati sabiex iqajmu iktar għarfien dwar dan. #Treedom hija waħda minnhom.

Quicklets u Zanzi ngħaqdu mal-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli, sabiex għal kull dar mibjugħa minn Zanzi Homes, il-kumpanija ħawlet siġra, b’total ta’ ’l fuq minn 100 siġra mħawla s’issa. Proġett li inkluda wkoll il-kollaborazzjoni tal-iskola primarja f’Ħad-Dingli u d-Dingli Scouts, flimkien ma’ NGOs oħra.

Aqra aktar

Send this to a friend