Gvern Laburista – Page 7 – One News

Notifiki

MUSCAT: SE NIKSBU IKTAR FIS-SNIN LI ĠEJJIN

• SE JINGĦAQDU IKTAR NIES MAL-MOVIMENT

• KULĦADD SE JINTLAĦAQ MILL-ĠID LI QED JINĦOLOQ

F’attività maħsuba fl-okkażjoni tar-raba’ sena minn meta l-Partit Laburista rebaħ l-aħħar elezzjoni ġenerali, il-Prim Ministru Joseph Muscat, wera l-istess entużjażmu ta’ erba’ snin ilu u l-istess determinazzjoni li jibqa’ jmexxi lil pajjiżna ‘il quddiem b’ideat u proġetti ġodda. Quddiemu kellu folla li wieġbet b’entużjażmu għall-frażijiet li lissen, fejn għal darb’oħra spikka l-ottimiżmu u r-referenza għas-suċċessi miksuba fl-aħħar snin.

Aqra aktar

SEGWI LIVE: programm speċjali wara erba’ snin ta’ Gvern Laburista

Fl-aħħar anniversarju qabel l-elezzjoni ġenerali, nħarsu lura lejn il-bidliet li saru f’ pajjiżna taħt Gvern Laburista.
“Four Years of Firsts” hija l-frażi li tiddeskrivi r-riżultati tad-deċiżjonijiet li ttieħdu tul dawn l-aħħar erba’ snin.  F’ Xandira diretta, opinjonisti u esperti minn kull qasam tas-soċjetà qed iħarsu lura lejn dak miksub s’issa. Niftakru xi ksibna, u nħarsu ‘l quddiem lejn dak li jista’ jinkiseb.

Studenti sodisfatti bil-miżuri li daħlu għall-ewwel darba

Erba’ snin ta’ Gvern immexxi minn Joseph Muscat fissru ċans ieħor għall-istudenti u iżjed għajnuna biex ikomplu l-istudji tagħhom.
Waqt żjara li għamlu membri tal-amministrazzjoni tal-Partit Laburista fl-Università ta’ Malta, studenti li tkellmu ma’ ONE NEWS esprimew sodisfazzjon għall-fatt li propju Gvern Laburista taha għall-ewwel darba l-istipendju lil dawk li kellhom jirrepetu s-sena tal-istudji tagħhom.
Aqra aktar

FILMAT: Tifkiriet u bidliet

Kien bħal lum erba’ snin li l-poplu Malti kien imsejjaħ jivvota f’elezzjoni ġenerali. Elezzjoni ġenerali li kienet fissret għażla bejn pajjiż ta’ kulħadd u pajjiż tal-ftit.

Il-poplu kien għażel b’saħħa Malta Tagħna Lkoll fejn l-opportunitajiet ikunu għal ħafna u mhux għall-ftit, fejn il-pajjiż joħloq il-ġid u jitqassam b’ekwita fejn f’pajjiżna ma tibqax tirrenja l-politika tal-firda bejn l-aħmar u l-blu.

Fis-servizz li jmiss inġeddu ftit ħafna minn dawn il-memorji. Iżda, iktar minn hekk inħarsu wkoll lejn uħud mill-kisbiet tal-ewwel erba’ snin ta’ gvern imexxi minn Joseph Muscat. Uħud mill-ewlenin fost ħafna li kienu implimentati. Ħafna minnhom li saru għall-ewwel darba f’pajjiżna u li poġġewna fost tal-ewwel fl-Ewropa.

Aqra aktar

Servizz nazzjonali bla ħlas għall-anzjani

Servizz nazzjonali ta’ konsulenti ġerijatriċi li se jibdew joffru s-servizzi tagħhom fid-djar tal-anzjani li ma jistgħux joħorgu minn darhom. S’issa dawn l-anzjani kien ikollhom imorru l-outpatients tal-isptar Mater Dei jew għand il-privat.

Aqra aktar

S&P TIKKONFERMA L-BŻONN TAL-IMPJANT TAL-GASS

L-aġenzija internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-kreditu Standard and Poor’s ikkonfermat ir-rating BB- tal-Enemalta, filwaqt li qalet temmen li l-futur tal-korporazzjoni huwa wieħed stabbli. F’rapport ippubblikat ftit tal-minuti ilu Standard and Poor’s qalet li l-Enemalta se jkollha prestazzjoni operattiva u finanzjarja stabbli bejn l-2016 u l-2018.

Aqra aktar

Il-pixxina nazzjonali f’Tal-Qroqq b’dehra ġdida

Il-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-pixxina nazzjonali f’Tal-Qroqq għaddej ġmielu. Filfatt, huwa daħal fl-aħħar fażi tiegħu biex il-poplu Malti jibbenefika minn pixxina, li kienet deskritta mis-Segretarju Parlamentari Chris Agius bħala state of the art. Ir-ritratt juri li l-pixxina issa mtliet bl-ilma.

Aqra aktar

Send this to a friend