Gvern Laburista – Page 6 – One News

Notifiki

“Malta għamlet passi kbar”

Malta għamlet passi kbar ‘il quddiem fl-aħħar erba’ snin għaliex il-partit li qed jigverna għadda minn bidliet għall-aħjar ukoll.

Kelliema fl-attività politika f’Marsaxlokk il-Ħadd qalu mhux biss li Gvern Laburista għandu jkun eżempju għaċ-ċittadini iżda wkoll li il-kbir għadu ġej.

Aqra aktar

Is-surplus ta’ pajjiżna jolqot l-għajn

Il-Viċi-President tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta kellhom kliem pożittiv għall-fatt li pajjiżna elimina d-defiċit u rreġistra surplus storiku wara 35 sena.

Anki jekk dawn l-awtoritajiet monetarji ma jikkumentawx fuq miżuri politiċi li jieħu Gvern biex jistimula l-ekonomija, il-fatt li s-surplus ta’ Malta laqat l-attenzjoni tagħhom, juri biċ-ċar il-klima ekonomika pożittiva li pajjiżna għandu u li qed isarraf f’aktar ġid fost il-poplu.

Aqra aktar

Aktar effiċjenza: il-kawżi ċivili pendenti jonqsu b’15%

L-ewwel tliet xhur tas-sena bdew b’riżultati pożittivi fil-Qrati Ċivili. Dan hekk kif ir-rata ta’ kemm inqatgħu kawżi Ċivili, imqabbla ma’ kemm jidħlu kawżi fil-Qrati hija ta’ 118%. Dan ifisser li żdiedet l-effiċjenza, li wasslet biex għal kull 100 kawża ċivili li tidħol, jinqatgħu 118.

Aqra aktar

Il-lukandiera jikkonfermaw in-numri

Xitwa tajba. Dan is-sentiment fost dawk li f’Buġibba jaħdmu fil-qasam turistiku. Sidien ta’ ristoranti u stabbilimenti  laqgħu lill-Ministru Edward Zammit Lewis u miegħu tkellmu dwar kemm raw turisti fl-aħħar xhur anke jekk qed nitkellmu dwar dak li suppost hu  l-inqas staġun popolari għal wasliet ta’ turisti

Aqra aktar

L-MDA sodisfatta bis-surplus ekonomiku

 

“Il-Malta Developers Association (MDA) bi pjaċir tilqa’ l-aħbar li, wara aktar minn tletin sena, il-Fond Konsolidat ta’ Malta m’għadux f’sitwazzjoni ta’ defiċit permanenti, peress li d-dħul tal-Gvern kien akbar mill-infiq fl-2016.”

Dan kien kliem l-Malta Developers Assosication li fi stqarrija esprimiet is-sodisfazzjoni tagħha għall-aħbar ta’ surplus ekonomiku. L-MDA irikonoxxiet li dan kien pass importanti fl-istorja ekonomika ta’ Malta u tifraħ lill-Gvern talli laħaq dan il-għan mingħajr ma kellu jirrikorri għal miżuri ta’ awtorità ħarxa, filwaqt li naqqas it-taxxi.

Aqra aktar

L-ewwel surplus f’ġenerazzjoni sħiħa, l-impossibli għamilnih realtà – JM

L-ewwel Surplus f’ ġenerazzjoni sħiħa

L-impossibli għamilnih realtá, irnexxilna niksbu surplus mingħajr ma kellna għalfejn niċċaħdu milli nagħtu l-għajnuna soċjali meħtieġa lill-oqsma kollha tas-soċjetá, mit-tfal sal-penzjonanti. Dan qalu l-Prim Ministru fl-ewwel diskors politiku wara li pajjiżna irreġistra dak deskritt bħala ‘miraklu ekonomiku’ u cioe is-surplus li rreġistra pajjiżna għall-ewwel darba f’ ġenerazzjoni sħiħa.

Aqra aktar

Inkomplu nibnu fuq is-suċċessi tal-Gvern

L-attivitá tal-Partit Laburista li immarkat ir-raba sena ta’ gvern laburista, kienet indirizzata mid-Deputat mexxej tal-Partit Laburista Chris Cardona u s-Segretarja tal-eżekuttiv tal-Partit Laburista Lydia Abela .

Ilkoll kellhom messaġġ ċar, li l-moviment tal-partit laburista qed jikber u aktar persuni fl-elezzjoni ġenerali se jagħtu l-fiduċja lill-partit laburista. Moviment li iwettaq ħidma u kiseb kisbiet kbar, li se jkompli jibni fuqhom fis-sitt snin li ġejjien .

Aqra aktar

Send this to a friend