Gvern Laburista – Page 5 – One News

Notifiki

ISMA’: Siltiet mid-diskors tal-Prim Ministru

Quddiem folla mdaqqsa li nġabret biex tisma l-messaġġ tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista fin-Nadur Għawdex, Joseph Muscat stqarr li din hija konferma kif dan il-Gvern għadu u se jibqa’ l-għażla naturali tal-Maltin u l-Għawdxin.

Il-messaġġ tal-Prim Ministru kien ċar. Il-poplu għandu għażla quddiemu; għażla bejn Partit b’viżjoni u b’roadmap li qed taħdem; u Partit b’żewġ Mexxejja li lanqas kapaċi jiftehmu fuq min se jitkellem l-ewwel aħseb u ara kif se jmexxu pajjiż.

Aqra aktar

Erġajna! Fl-Ewropa jiżdied il-prezz u f’Malta jibqa’ stabbli

Għal darb’oħra l-prezz tal-fuel f’Malta baqa’ stabbli u taħt il-medja Ewropea filwaqt li żdied fil-maġġoranza tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Tikkonferma dan statistika tal-Kummissjoni Ewropea li tikkonferma li fl-aħħar xahar il-prezz medju tal-petrol fl-Unjoni Ewropea żdied bi tliet ċenteżmi u minn €1.36 kull litru sar €1.39. Żdied ukoll b’żewġ ċenteżmi u nofs il-prezz tad-diesel li minn €1.215 tela’ għal €1.24.

Filwaqt li kien hemm dawn iż-żidiet fl-Unjoni Ewropea, il-prezz f’Malta baqa’ stabbli b’€1.31 il-petrol u €1.18 id-diesel.

Aqra aktar

“Il-poplu mhux se jagħżel jieqaf f’nofs triq” – JM

“F’ dik li kellha tkun u kienet l-iktar ġimgħa li fiha ġejna attakkati b’ gideb bla skrupli, illum għandna l-konferma li dan il-moviment u dan il-gvern għadu u se jibqa’ l-għażla naturali tal-Maltin u l-Għawdxin kollha”

Il-Poplu Malti u Għawdxi jaf x’direzzjoni irid li pajjiżna jaqbad saħaq il-Prim Ministru Joseph Muscat fil-bidu tad-diskors tiegħu waqt attivita politika fiċ-ċentru Laburita fin-Nadur.

Aqra aktar

Malta bit-tieni l-ogħla surplus fl-UE; qabel il-Ġermanja

B’surplus ta’ mitt miljun ewro, li huwa 1% tal-Prodott Domestiku Gross, Malta rreġistrat surplus li huwa t-tieni l-ogħla fl-Unjoni Ewropea wara dak tal-Lussemburgu. Is-surplus ta’ Malta, li nkiseb għall-ewwel darba wara 35 sena huwa saħansitra ogħla minn tal-Iżvezja u l-Ġermanja li jsegwu lill-pajjiżna.

Għalkemm li jispikka f’pajjiżna hu li s-surplus kien irreġistrat mingħajr ma ddaħlu miżuri li jweġġgħu liċ-ċittadin u minflok daħlu miżuri li offrew spalla bħaċ-childcare b’xejn, l-inwork benefit u t-tapering tal-benefiċċji soċjali.

“Gvern Laburista kien u jibqa’ katalist tal-bidla” – Louis Grech

“Dan il-Gvern jibqa’ relevanti u kredibbli meta bħal dan il-Gvern iwettaq dak li jkun wiegħed. Aħna nħarsu lejn il-futur u naraw li nsaħħu l-ġlieda kontra l-inugwaljanza, kontra l-burokrazija żejda u li nirrevedu l-paga minima Nazzjonali. Gvern Laburista kien u jibqa’ katalist tal-bidla.”

Stqarr dan id-Deputat Prim Ministru u Deputat Prim Ministru Louis Grech fl-għeluq it-tieni sessjoni plenarja tal-Konferenza Ġenerali Annwali 2017.

Id-Deputat Prim Ministru stqarr li dan il-Gvern irid ikun iġġudikat fuq id-differenza li ġab fil-ħajja tan-nies u d-dinamiżmu fil-pajjiż. Irridu nibnu soċjetà ta aktar kompassjoni u inqas preġudizzji.

Louis Grech tenna li dakinhar tal-elezzjoni in-nies għandhom jistaqsu lilhom infushom jekk l-ekonomija llum hux aktar b’saħħitha minn erba’ snin ilu, jekk hawnx inqas qgħad, jekk il-poplu hux qed iħallas inqas taxxi u jekk wettaqniex il-wegħdi li wegħdna, konvint lir-risposta se tkun iva, spjega Louis Grech.

Aqra aktar

Iffirmat l-ikbar ftehim kollettiv; 30,000 ħaddiem se jgawdu minn żieda fil-pagi

Ġie ffirmat il-ħames Ftehim Kollettiv tas-Servizz Pubbliku. Dan il-ftehim se jkun qed jaffettwa madwar 30,000 impjegat u se jkun qed jiswa €17-il miljun fl-2017, liema żieda titla’ għal €20.5 miljun fl-2024. Dan jinkludi kemm żidiet l-pagi u żieda f’xi allowances.

Din hija l-ewwel darba li l-ftehim se jkopri perjodu ta’ 8 snin. Dan jassigura iktar stabilità filwaqt li l-Amministrazzjoni Pubblika tkun tista’ tkompli twettaq il-bidliet meħtieġa, tinvesti n-nies u toffri servizz ta’ kwalità.

Aqra aktar

KASTILJA ISSA: Il-Prim Ministru f’avveniment importanti

Il-Prim Ministru qiegħed jindirizza konferenza f’Kastilja fil-preżenza tal-ikbar unions tal-pajjiż u dawk li jirrappreżentaw ħaddiema f’oqsma importanti bħas-saħħa u l-edukazzjoni. Matula mistennija jingħataw dettalji dwar ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tas-settur pubbliku. Ftehim li ilu jiġi negozjat.

Aqra aktar

Mit-tkabbir ekonomiku jgawdu l-iktar vulnerabbli – garanzija ta’ dan il-Gvern

Gvern Laburista żied in-nefqa kapitali fil-qasam tas-saħħa kif ukoll dik rikorrenti. Dan għax konxju li mit-tkabbir ekonomiku jridu jgawdu dawk l-iktar vulnerabbli u li jkollhom bżonn il-wens tal-Gvern.

Dan innotaħ il-Membru Parlamentari Franco Mercieca, li osserva li ċ-ċittadini qed igawdu minn servizzi ta’ saħħa aktar sostenibbli, b’servizz aktar effiċjenti. Dan sar bi tnaqqis fil-listi ta’ stennija, fosthom fis-servizzi tal-MRI, operazzjonijiet tal-kattaretti u hip replacament, fost oħrajn.

Aqra aktar

Send this to a friend