Gvern Laburista – Page 4 – One News

Notifiki

WEGĦDA: Gvern Laburista jattira aktar negozju u investiment lejn pajjiżna

Il-Partit Laburista illum ħabbar numru ta’ wegħdi oħra li se jkunu qed jassiguraw li n-negozji li joperaw f’pajjiżna jkomplu jimxu ‘l quddiem b’ottimiżmu kif għamlu konsistentament f’dawn l-aħħar erbà snin.

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat sostna li dan il-Gvern kien bil-fatti pro-business u se jibqa’ jkun hemm ladarba jerġa’ jingħata l-fiduċja. Joseph Muscat qal li l-Partit Laburista għandu road-map ċara għan-negozju f’pajjiżna.

Min-naħa tiegħu l-Ministru Chris Cardona qal f’konferenza tal-aħbarijiet li f’dan is-settur, Gvern Laburista għandu l-kreddibilità għaliex il-viżjoni li poġġa quddiem il-poplu erbà snin ilu twettqet.

Il-Ministru Emmanuel Mallia qal li dawn il-proposti huma xhieda ta’ kemm il-Partit Laburista fil-Gvern baqa’ viċin tan-negozjanti u għalhekk qed iressaq proposti li se jkunu qed jiffaċċilitaw in-negozji f’pajjiżna.

“Jekk tkun favur in-negozju, tkun favur il-ħaddiem. L-ewwel noħolqu l-ġid u issa l-ġid se jkompli jitqassam ma’ kulħadd.”  – JM

Aqra aktar

“Għażla bejn min iġib ir-riżultati u min jinganna” – JM

“L-għażla hija ċara, bejn moviment li jaf x’qed jgħid u qed jagħmel proposti realistiċi jew min irid mill-ġdid jinganna lil dan il-pajjiż u jfalli.”

Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat fid-diskors tiegħu taħt it-tinda f’Santa Luċija. B’referenza għall-proposta ta’ Simon Busuttil dwar iż-żieda fil-pensjoni minima, l-Prim Ministru u Mexxej Laburista qal li l-kalkoli ta’ Busuttil li jmorru żmerċ b’aktar minn €12-il miljun juru li Simon Busuttil ma jafx imexxi l-ekonomija ta’ pajjiż u li dan huwa effett sintomatiku ta’ koalizzjoni ta’ konfużjoni li qed tgħid li trid tmexxi l-pajjiż. Muscat saħaq li kif jgħid il-Malti “vapur b’żewġ kaptani ma jimxiex.”

Aqra aktar

“Ma tista’ qatt twiegħed l-affarijiet mingħajr ma’ taf kemm jiswew” – JM

“Ma tista’ qatt twiegħed l-affarijiet mingħajr ma’ taf kemm jiswew. Din hija riċetta tipika tal-Partit Nazzjonalista.”

Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat f’intervista fuq ONE RADIO b’referenza għad-diskors ta’ Simon Busuttil li qal li l-“costings m’humiex l-ewwel prijorità.”

Il-Prim Ministru qal li eżempju ċar ta’ l-importanza li Kap ta’ Partit jpoġġi quddiem l-elettorat il-wegħdi tiegħu ladarba jkunu costed hija l-proposta ta’ Simon Busuttil taċ-childcare.

Aqra aktar

NEGOZJU: Aktar aċċess għall-kreditu

Partit Laburista fil-Gvern se jkun jassigura li l-ħidma li diġà saret mill-Gvern fin-negozju se tkompli tindirizza punti oħra li jeħtieġ li jingħataw aktar attenzjoni. Għan-negozji, l-Partit Laburista fil-Gvern se jkun qed jassigura:

  • Aċċess għall-kreditu
  • Pagamenti mill-Gvern fil-ħin
  • Riforma fil-liġi tal-kera biex tipproteġi n-negozji
  • Treshold tal-Gvern
  • Skemi u programmi micro invest

Aqra aktar

Il-Bank Ċentrali b’ħarsa pożittiva

Fl-2016 l-ekonomija Maltija kompliet tiżboq dak miksub mill-membri l-oħra fl-Unjoni Ewropea, hekk kif riformi strutturali fl-enerġija, is-suq tax-xogħol u s-sistema tal-benefiċċji taw spinta sostanzjali ‘l quddiem.
Fl-istess waqt l-amministrazzjoni prudenti fejn jidħlu finanzi pubbliċi, partikolarment bit-tnaqqis tad-dejn nazzjonali taht is-60% tal-PDG, u surplus ta 1%, kienu ta’ kontribut sostanzjali għall-istabilità.
Intant, ir-riżultati li hemm s’issa għall-2017 jikkonfermaw dawn it-tendenzi. Dawn il-punti ewlenin fir-rapport annwali tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, f’ħarsa lejn is-sena 2016.

Aqra aktar

Send this to a friend