ġurnaliżmu | One News

Notifiki

Ġurnaliżmu investigattiv

Ili bid-drawwa li nsegwi l-programm Report fuq RAI 3 sa miż-żmien li kienet tmexxih Milena Gabanelli. Kien jolqotni għaliex jagħmel ġurnaliżmu investigattiv bis-serjetà, u kienu jolqtu l-musmar fuq rasu. Ma kinux jehdew bil-korniment, bil-qrejjen, bl-ilwien tal-ilbies u l-moda, u kemm dik u l-oħra hija kerha. Ma kinux joqgħodu l-anqas fuq l-għajdut imma kienu jmorru bil-mikrofonu u l-camera u jagħmlu l-mistoqsijiet, u fuq kollox iġibuhom quddiem għajnejk. Aqra aktar

Ġurnalist Amerikan iżur l-Istitut tal-Arti Kreattiva tal-MCAST fil-Mosta

Richard Lui, ġurnalist Amerikan żar l-Istitut tal-Arti Kreattiva tal-MCAST fil-Mosta, bl-għan li jkellem lill istudenti tal-medja u l-gurnalizmu, fuq l-impatt tal-istejjer tagħhom.

Lui li għandu esperjenza vasta fil-qasam tal-ġurnaliżmu iddiskuta ħafna mal-istudenti li qed jistudjaw il-Bacellerat fil-Gurnalizmu, fuq l-isfidi li qed jiffaċċja l-ġurnaliżmu fil-ġurnata tal-lum, fosthom it-thedida ta’ ahbarijiet minn sorsi mhux kredibbli.

Aqra aktar

It-28 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards

L-IĠM iniedi t-28 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards. Apparti mill-ġurnalisti nfushom, anki l-Edituri u l-Kapijiet tal-Kamra tal-Aħbarijiet jistgħu jagħżlu u jissottomettu xogħol ta’ ġurnalisti li jidhrilhom li hu ta’ livell għoli għal dawn l-Awards. Is-sottomissjonijiet jistgħu jintbagħtu wkoll minn organizzazzjonijiet, korporazzjonijiet jew għaqdiet.

Tneħħija tal-libell kriminali u l-mandati, multi eħrex għall-malafama

Il-liġi l-ġdida li qed jipproponi l-gvern biex tirregola l-ġurnalisti se tfisser it-tneħħija tal-libell kriminali, li jfisser li l-midja u l-esponenti tagħħa m’humiex se jibqgħu soġġetti għall-piena ta’ ħabs fil-qadi ta’ dmirijithom.

Se jitneħħa wkoll id-dritt ta’ kull mandat fil-konfront ta’ ġurnalist responsabbli. Differenza mill-Oppożizzjoni li trid tħalli l-libell kriminali u trid tneħħi biss il-mandat fuq il-kont tal-bank.

F’konferenza tal-aħbarijiet tal-Ministri Owen Bonnici u Evarist Bartolo, intqal li dan huwa frott ħidma li bdiet fl-2014 u hija wiegħda oħra elettorali li qed titwetaq mill- Gvern. L-Att Dwar il-Media u l- Malafama li issa se jkun fi stadju tat-tieni qari se tieħu l-post tal-liġi tal-istampa tal-1974.

Aqra aktar

Edituri u ġurnalisti jiddiskutu l-etika f’xogħolhom

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia, dalgħodu indirizza Konferenza Nazzjonali dwar l-Etika fil-Ġurnaliżmu li qed tiġbor flimkien l-edituri u l-ġurnalisti kif ukoll esperti fis-suġġett.

L-Ispeaker saħaq dwar ir-rispett tad-Drittijiet u l-Libertajiet Fundamentali tal-Individwu, b’mod partikolari, id-dritt tal-espressjoni u tal-informazzjoni. Dan id-dritt jista’ jitqies, flimkien ma’ oħrajn, bħala fundamentali għal kull stat li jħaddan id-demokrażija parlamentari, saħaq l-Ispeaker.

Qal ukoll li  l-għan aħħari tal-konferenza hu li mid-diskussjoni u djalogu fost persuni li jaqsmu l-istess professjoni ta’ xandara u ġurnalisti, jissawwar kodiċi ta’ etika li jirregola l-imġieba tal-ġurnalisti f’pajjiżna.

Aqra aktar

Send this to a friend