ġurnalisti – One News

Notifiki

Chairperson u Segretarju Ġenerali ġdid għall-IĠM

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin għandu Kunsill ġdid li kien elett waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali li saret illum is-Sibt 28 ta’ Lulju 2018.  Fl-elezzjoni li saret skont l-istatut tal-IĠM, il-membri vvutaw biex jeleġġu tliet uffiċjali u erba’ membri li se jservu għas-sentejn li ġejjin.

Aqra aktar

Żewġ ġurnalisti Olandiżi meħlusa fil-Kolumbja

Żewġ ġurnalisti Olandiżi li kienu maħtufa l-ġimgħa li għaddiet minn ribelli fil-Kolumbja inħelqu wara jum ta’ rapporti kunfliġġenti dwar id-destin tagħhom.

Derk Bolt u Eugenio Follender ngħataw lura lid-delegazzjoni mill-Uffiċċju tal-Ombudsman Kolumbjan.

Aħbar li kienet mistennija ħafna mill-familjari tagħhom dan hekk kif għall-ewwel intqal li se jinħelsu l-Ġimgħa iżda kien hemm tibdil fil-ftehim u baqgħu miżmuma milli jinħelsu.

Ġurnalist Franċiż u ieħor Iraqin maqtula f’Mosul

Ġrunalist Franċiż u ieħor Iraqin sfaw maqtula wara splużjoni fil-belt Iraqina ta’ Mosul.

Stephan Villeneuve u Bakhtiyar Haddad kienu qed jirrapportaw dwar l-avvanz tal-forsi Iraqini fil-ġlieda kontra l-militanti tal-Istat Islamiku.

Żewġ ġurnalisti Franċiżi ndarbu waqt dan l-inċidetn, b’wieħed minnhom indarab b’mod serju.

 

Jitkellmu fuq aktar libertà fl-istess ħin li jheddu bil-libelli lill-ġurnalisti

Minkejja li għaddiet ġimgħa biss mill-mass meeting Nazzjonalista fil-Belt, meeting li sar taħt l-iskuża tal-libertà tal-espressjoni, diġa’ qed naraw il-maskri jaqgħu (vera spiċċa l-Karnival) tal-esponenti Nazzjonalisti għax bħalissa hawn suġġett li jridu jaħarbu milli jwieġbu fuqu.

Bl-iskandlu tal-villa f’ODZ taħt l-Imdina ta’ Toni Bezzina u bil-Kap tal-Oppożizzjoni taħt pressjoni biex iħarrek difer fuq il-każ li minnu nnifsu diġa’ juri double standards, għax l-ODZ ma baqax ODZ, issa qed tinkixef tip ta’ ikoprezija oħra.

Aqra aktar

L-abbozz ta’ liġi dwar il-media u l-malafama diskuss mal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo u l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici ltaqgħu mar-rappreżentanti tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin biex jiddiskutu  l-abbozz ta’ liġi dwar il-media u l-malafama li kien ippreżentat il-ġimgħa li għaddiet.

Waqt il-laqgħa l-Ministru Bartolo qal li dan l-abbozz ta’ liġi hu bbażat fuq tliet pilastri: li tkompli tissaħħaħ il-libertà tal-espressjoni; li fl-istess waqt il-media tkun aktar responsabbli; u li tibda diskussjoni dwar l-introduzzjoni ta’ selfregulation permezz ta’ press ombudsman jew ta’ uffiċċju indipendenti mill-Gvern. Dan kollu jservi biex tonqos il-konfrontazzjoni fil-Qrati. Aqra aktar

“B’liġi bħal din ma tistax ma tkunx pożittiv” – IĠM

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin esprima s-sodisfazzjon lejn l-abozz ta’ liġi li ressaq il-Gvern dwar il-malafama u tal-istampa.
Meta membri tal-Istitut iltaqgħu mal-Ministru Owen Bonniċi u Evarist Bartolo, l-President tal-Istitut Karl Wright stqarr li ma tistax ma tkunx pożittiv quddiem il-fatt li liġi qed tipproponi tneħħija tal-libell kriminali, li jdaħħal il-kunċett ta’ medjazzjoni, xi ħaġa li kienet proposta mill-Istitut stess.

Aqra aktar

Send this to a friend