ġuri – One News

Notifiki

Il-ġuri ta’ Michael Emmanuel jersaq lejn tmiemu- L-Imħallef tindirizza lill-ġurati

Hekk kif il-ġuri ta’ Michael Emannuel wasal fi tmiemu l-imħallef Consuelo Scerri Herrera bdiet tindirizza l-ġurati l-Ġimgħa filgħodu. Dan qabel il-ġuri tibda bid-deliberazzjoni tagħha dwar jekk l-akkużat kienx fi stat mentali rikjest mill-liġi fil-mument li fih wettaq ir-reat li bih allegatament qatel lis-sieħba tiegħu Maria Lourdes Agius f’Raħal Ġdid. Aqra aktar

“Għamilt li qaltli hi”- Michael Emmanuel dwar il-qtil ta’ Maria Lourdes Agius

Għamilt dak li qaltli hi.

Hekk stqarr fl-interogazzjoni, Michael Emmanuel mill-kosta tal-Avorju li jinsab għaddej ġuri mixli li fega lis-sieħba tiegħu Maria Lourdes Agius, f’Settembru tas-sena li għaddiet f’Raħal Ġdid.

Fil-ġuri quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera xehed l-ispettur James Grech u ta dettalji ta’ x’qallu l-akkuzat fl-Interogazzjoni. Xehed li fil-bidu, Emmanuel beda jgħid li ma jafx kif inqatlet Maria Lourdes, u li ma kellux xi jgħid. Irrakkonta episodju meta fi Frar tas-sena li għaddiet l-akkużat mar id-dar u sab lil omm ta’ sebat itfal tiġġieled ma’ ommha.Aqra aktar

“Jista’ jkun li t-tfajla qalet li kienet stuprata minn kuġinuha għax kienet tgħir”

Hekk kif kompla l-ewwel ġuri għal din is-sena, fil-Qorti ntqal kif jista’ jkun li l-għira kienet ir-raġuni għalfejn it-tfajla li llum għandha 16-il sena, qalet li kienet stuprata minn kuġinuha għal għaxar snin sħaħ. Fost argumenti oħra li qajjem l-avukat difensur, kien hemm dak li t-tfajla kellha ossessjoni fuq kuġinuha, u għalhekk, għamlet li għamlet.

Min-naħa l-oħra, il-prosekuzzjoni qed issaħħaħ l-argumenti tagħha fuq il-konsistenza tat-tfajla, u l-fatt li ammettiet li kienet hi li f’okkażjoni minnhom għamlet avvanzi sesswali fuq kuġinuha. Dan tal-aħħar qiegħed kontinwament jiċħad l-akkużi ta’ stupru.Aqra aktar

“Ma kellix il-kuraġġ nitkellem”- it-tfajla ta’ 16-il sena ‘taħlef’ li kienet stuprata minn kuġinuha għal seba’ snin sħaħ

Tfajla ta’ 16-il sena ħalfet fil-Qorti li kienet qed tgħid il-verità dwar abbuż sesswali li allegatament sofriet minn kuġinuha għal seba’ snin sħaħ.

Hekk kif l-ewwel ġuri għal din is-sena daħal fit-tieni jum tiegħu, uġinuha, li llum għandu 25 sena, qed jaffaċċja akkużi ta’ abbuż sesswali u li pparteċipa f’atti sesswali ma’ kuġintu għal seba’ snin sħaħ, liema abbuż allegatament intemm madwar sentejn ilu.

Hekk kif kompla l-ġuri tul il-jum tat-Tlieta, it-tfajla insistiet li qatt ma gidbet dwar dan il-każ, u li hija mweġġa’ li hemm xi persuni li jitkellmu fuq l-abbuż mingħajr ma jikkunsidraw kliemhom sew. Skont hi, dawn in-nies ma jafux x’jiġifieri l-veru abbuż.Aqra aktar

Biżżejjed provi biex Silvio Zammit jgħaddi ġuri

 

Silvio Zammit minn Tas-Sliema se jgħaddi ġuri wara li nstabu biżżejjed provi biex jaffaċċja akkużi ta’ tixħim u korruzzjoni.

Zammit kien qed jiffaċċja akkużi li talab ħlas ta’ €60 miljun minn kumpanija tat-tabakk Żvediża sabiex jinfluwenza tibdil fid-direttiva tat-tabakk li kienu parti mir-responsabbilità tal-ex Kummissarju Ewropew John Dalli.

AĠĠORNAT: Ħati li qatel missier ta’ tlett itfal f’Għawdex

B’sitt voti favur u tlieta kontra, Ġeraldu Galea ta’sitta u sebgħin sena nstab ħati li qatel lil John Spiteri ta’ ħamsa u erbgħin sena erba’ snin ilu fil-Qbajjar Marsalforn. Hu ngħata sentenza ta’ priġunerija ta’ 15-il xahar ħabs u multa ta’ €8,330.

Waqt li Galea nstab ħati tal-ewwel kap ta’ akkuża, il-ġurati rrimarkaw li kien ipprovokat u għalhekk is-sentenza massima li jista’ jeħel hija ta’ sentejn ħabs.

Aqra aktar

L-Omiċidju tal-Qbajjar: Xhud jgħid li ra l-akkużat isuq fuq il-vittma

Ikompli l-ġuri ta’ Gerald Galea, ta’ sebgħa u sittin sena, fejn skont ix-xhieda ta’ Joseph Asciak li nqrat fil-Qorti hu ra lill-akkużat isuq fuq il-vittma.

Galea possibilment qed jaffaċja sentenza ta’ priġunerija għal għomru jekk jinstab ħati tal- omiċidju volontarju ta’ John Spiteri ta’ ħamsa u erbgħin sena. Spiteri miet ftit wara li ġie investit minn Galea fil-Qbajjar f’Marsalforn fl-2013.Aqra aktar

Send this to a friend