guggen band | One News

Notifiki

Ktieb dwar l-istorja tal-Big Friends Guggen Musik

Fost l-inizjattivi biex tfakkar il-10 sena mit-twaqqif tal-Big Friends Guggen Musik, ġie ppubblikat ktieb bl-istorja ta’ din il-band. Fih ukoll informazzjoni dwar kif nibtet il-mużika guggen fl-Isvizzera u pajjiżi oħrajn u kif din waslet f’pajjiżna.

Aqra aktar

Il-Guggen Musik fil-festa tal-kuluri f’Capo D’Orlando

Il-Big Friends Guggen Musik ser tieħu sehem fil-festa tal-Kuluri li ser tittella’ għall-ewwel darba f’Capo D’Orlando fi Sqallija bejn nhar il-Ġimgħa 14 sa 18 ta Settembru. Għal din il-festa ġew mistiedna l-pajjiżi Mediterranji, fosthom Malta. Wara din il-parteċipazzjoni, il-banda ser idoqq fin-Notte Bianca fejn ser tagħti spettaklu innovattiv.

Aqra aktar

Tieħu sehem f’żewġ avvenimenti fl-istess ħin

Il-Guggen Band għall-ewwel darba ser tkun qed tipparteċipa f’żewġ avvenimenti fl-istess ħin, f’Malta u f’Acireale fi Sqallija.

Din il-band se tkompli tipparteċipa fil-Karnival kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex Il-Ġimgħa tal-Karnival fis-7.00 pm il-Band tieħu sehem fil-karnival tal-Marsa. Is-Sibt fl-10.30 ta’ filgħodu il-banda ddoqq fil-karnival nazzjonali ġewwa l-belt Valletta bħala l-mistiedna tal-kumitat tal-karnival. Fis-1.30 pm  iddoqq ġewwa l-lukanda San Antonio f’Buġibba u fis-6.00pm ddoqq fir-Rabat Għawdex bħala l-mistiedna tal-kumitat tal-karnival.

Il-Ħadd fil-10.00 am il-banda ddoqq fi Triq Irjali, il-Ħamrun u fil-5.00 pm ir-Rabat Għawdex. Il-Big Friends Gugen Musik tagħlaq l-impenji tagħha fil-Karnival ta’ din is-sena t-Tnejn b’żewġ parteċipazzjonijiet: fl-10.30 am fil-belt Valletta u fis-6.30 pm fil-Għargħur.

Il-Big Friends Guggen Band, taħt id-direzzjoni tas-surmast Etienne Spiteri F.L.C.M u l-Assistent Surmast Ian Sammut, tuża strumenti li fil-maġġoranza tagħhom innovattivi u uniċi f’pajjizna. Din il-banda hi maqsuma f’zewġ partijiet: strumenti tar-ramm u strumenti tal-perkussjoni, drum kits jimxu fuq ir-roti, katubi merfugħin biċ-ċineg, platti, tamburelli, kastanjoli, ċimbli, temple blocks u washboards. Is-sezzjoni tal-brass tikkonsisti fi trumpets, trombones, euphoniums, athorns u sousaphones.

Send this to a friend