ġudikatura | One News

Notifiki

ARA: Delia jipprova jintgħoġob mal-fazzjoni ta’ Busittil

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ma kienx jaf li l-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil u d-deputat Jason Azzopardi pprezentaw rikors il-qorti sabiex iwaqqfu l-ħatra ta’ sitt ġudikanti ġodda. Il-Ħamis, Simon Busuttil u Jason Azzopardi iffirmaw minn wara dahar il-Kap tal-Partit tagħhom rikors il-qorti f’isem il-grupp Republikka, attivisti qrib il-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

Il-care orders tat-tfal se tkun f’idejn il-Ġudikatura

F’intervista fuq ONE Radio, il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat tkellem dwar bidla oħra, li hija l-liġi għall-protezzjoni tat-tfal.

Fost oħrajn din il-liġi se tneħħi minn idejn il-Ministru d-deċiżjoni fuq care order u minflok se tittieħed mingħand ġudikanti wara li jkunu analizzaw is-sitwazzjoni kollha.Aqra aktar

Busuttil bi pressjoni fuq il-ġudikatura

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, qed jinsisti li l-Imħallef  Antonio Mizzi ma jismax l-appell dwar jekk għandiex issir inkjesta maġisterjali dwar iċ-ċhief of staff tal-Prim Ministru u l-Ministru għat-Turiżmu.

Dan wara rikors ieħor li għamel hu biex Maġistrat jinvestiga l-istess allegazzjonijiet li diġa’ qed jinvestigaw Maġistrati oħra.

Skont Busuttil dan m’għandux isir għax mart l-Imħallef Mizzi hija l-Membru tal-Parlament Ewropew Marlene Mizzi.

Din id-dikjarazzjoni ġabet il-kundanna tal-Kamra tal-Avukati iżda Simon Busuttil wieġeb billi qal li huwa naturali li wieħed jitlob li l-Imħallef m’għandux jiddeċiedi dan l-appell.

Fil-fatt, il-Kap tal-Oppożizzjoni preżenta żewġ talbiet biex dan l-appell jinstema’ b’urġenza u qal li se jkun qed jagħmel talba formali skont il-liġi biex dan l-appell ma jinstemax mill-Imħallef li bħalissa tinsab quddiemu.

Din mhix l-ewwel darba li l-Partit Nazzjonalista ried jibdel ġudikanti, għax ma jkunx għoġbu.

Segwu dan is-servizz.

Simon Busuttil b’attakk fuq il-ġudikatura għax għandu dahru mal-ħajt – PL

Wara li ilu aktar minn sena għaddej b’attakki u gideb bla ħniena, il-Kap tal-Oppożizzjoni għax għandu dahru mal-ħajt biex jipprova jiskolpa ruħu mit-telfa elettorali massiċa li sofra l-Partit tiegħu, qed iwettaq attakk fuq il-ġudikatura u l-membri tal-istess ġudikatura, tant li l-Kamra tal-Avukati talbet lil Simon Busuttil biex jirtira d-diskors li qal.

Aqra aktar

Send this to a friend