GreenPak | One News

Notifiki

Titniedi kampanja bil-għan li jitnaqqas it-tniġġis mill-plastik

GreenPak Coop Society qed twassal il-messaġġ lill-konsumaturi biex jgħaffġu u jirriċklaw il-fliexken vojta tal-plastik. Bil-ħsieb li jitnaqqas it-tniġġis mill-plastik, ikun ottimizzat l-ispazju fil-boroż u l-kontenituri tar-riċiklaġġ, u jiżdied ir-rati tal-ġbir tal-fliexken tal-plastik, il-kampanja “Crush Plastic Bottles” qed tiffoka fuq il-ħtieġa li jintremew sew il-fliexken tal-plastik. It-tgħaffiġ tal-fliexken tal-plastik għar-riċiklaġġ  iġib l-għarfien dwar il-ħtieġa li jitwaqqaf il-ħmieġ u jiżdied  l-użu tar-riżorsi.

Aqra aktar

GreenPak testendi il-ġbir ta’ fliexken minn bars u ristoranti f’Paceville

GreenPak Coop Society, li tħaddem l-ikbar skema ta’ rkuprar ta’ skart f’Malta, qed testendi s-servizz ta’ kuljum għall-ġbir ta’ fliexken tal-ħġieġ vojta minn bars u ristoranti f’Paceville. Dan is-servizz isir mis-1.00am il quddiem tul ix-xatt tal-Gżira, tas-Sliema u San Ġiljan, u issa wkoll f’Paceville. It-trakk tal-ġbir jibda minn Manoel Island, jgħaddi mix-Xatt, Qui-si-Sana, Triq it-Torri, il-Bajja ta’ Balluta, għat-telgħa ta’ Spinola, u jkompli r-rotta madwar iż-żoni kummerċjali ta’ Paceville.

Aqra aktar

GreenPak b’suċċess fil-ġbir ta’ fliexken minn ristoranti  

Is-servizz ta’ kuljum tal-ġbir ta’ fliexken tal-ħġieġ minn bars u ristoranti tul il-perjodu tal-Milied kien suċċess, b’iktar minn 3,960 kilo’ ta’ fliexken miġbura f’temp ta’ ġimgħatejn mill-Front tal-Gżira sa San Ġiljan.

Li kieku dawn il-fliexken tal-ħġieġ ma nġabrux għar-riċiklaġġ, kienu jispiċċaw fil-miżbliet (landfills), u jkomplu jagħfsu fuq il-ħtieġa li Malta għandha għal iktar depożitarji tal-iskart.

Aqra aktar

GreenPak issejjaħ għall-immaniġġjar tal-iskart fuq livell distrettwali

Dan l-aħħar saru għadd ta’ rapporti fil-midja juru ż-żieda ta’ skart mormi bl-addoċċ madwar Malta kollha. Agħar minn hekk, l-iskart jattira aktar skart, bil-problema tal-ħmieġ u żibel fil-pajjiż tiżdied minn ġurnata għall-oħra.

Kampanji ta’ tagħrif jgħinu biex tittaffa din il-problema nazzjonali, li qed tolqot it-tkabbir ekonomiku. Iżda, dawn l-isforzi waħedhom mingħajr infurzar serju tal-liġi huma ineffettivi. Fl-isfond tal-mod fragmentat li bik joperaw il-kunsilli lokali fl-obbligi tagħhom għall-immaniġġjar tal-iskart, il-kumpanija GreenPak sejħet biex il-gvern jiġbor flimkien lokalitajiet li huma ġirien ta’ xulxin taħt sistema reġjonali biex b’hekk l-iskart ikun immaniġġjat aħjar u b’mod effettiv.

Aqra aktar

Iktar tkabbir ekonomiku = iktar skart?

Bil-għan li titrażżan iż-żieda fl-ġenerazzjoni tal-iskart minħabba żieda fit-tkabbir ekonomiku, GreenPak appellat biex il-komunitajiet tan-negozju jagħmlu l-pass li jmiss u jħaddnu prattiċi sostenibbli tal-iskart.

Fi stqarrija qalet li matul l-aħħar snin, l-ammont ta’ skart solidu f’Malta kiber flimkien mat-tkabbir fil-Prodott Gross Domestiku.

Aqra aktar

Send this to a friend