Greċja | One News

Notifiki

BIL-FILMAT: “Kemm hi sabiħa Malta” – Studenti barranin f’Malta

Hekk laqgħuna madwar 50 student barrani li bħalissa jinsabu f’Malta bħala parti minn Youth Exchange li jitratta il-ħajja taċ-ċittadini fuq gzira.

Ċipru, il-Greċja, Sqallija, Sardinja kif ukoll Malta, huma l-ħames pajjiżi li qegħdin jieħdu sehem f’dan il-proġett, fejn ilhom għal dawn l-aħħar sebat ijiem jieħdu sehem f’attivitajiet madwar Malta u Għawdex.

Diversi studenti saħqu magħna li gżira bħal Malta diffiċli issib, għax għalkemm aħna żgħar, għandna kollox, b’uħud ifaħħru l-kultura Maltija.

“Enjoyable for tourist, for young people who wants to get involved….i think malta is a beautiful island and alot of beautiful stories, beautiful structures…the culture is very nice, we saw a lot of historical sites like the churches and the buildings are very very nice, because they are very preserved”

Stephanie Fenech, il-koordinatriċi ta’ dan il-programm, saħqet ma’ One News li waħda mill-affarijiet li dawn il-parteċipanti jżommu għal għomorhom hi l-ħbiberija.

“Il-ħbiberija ġdida li dawn il-50 parteċipant ikreaw bejniethom, mhux ħa ngħidu li aħna għamilniha l-ħbiberija, imma l-mod kif ħdimna u kif irreaġixxew iż-żgħażagħ għal din il-parteċipazzjoni tagħhom”

Dan il-programm se jintemm il-Ħadd, bil-parteċipanti jitilqu lura lejn pajjiżhom b’togħma aħjar ta’ kif ngħixu aħna l-Maltin.

Malta fost l-inqas b’rati ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea

Għal xahar ieħor, Malta baqgħet fl-inqas postijiet fl-istatistika tal-Eurostat li għandhom l-inqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Iċ-ċifi għal Lulju juru li r-rata ta’ persuni jfittxu x-xogħol f’Malta kienet ta’ 4%. Kien biss l-Olanda, l-Ungerija, il-Polonja, il-Ġermanja u r-Repubblika Ċeka li kellhom rata ta’ qgħad ftit inqas minn ta’ Malta.

F’dak li huwa qgħad fost iż-żgħażagħ ta’ taħt il-25 sena, Malta  b’6.3% kellha t-tieni l-inqas rata fost il-pajjiżi Ewropew, ftit iktar minn tal-Ġermanja fejn ir-rata hija ta’ 6.1%.

Ir-rata medja ta’ qgħad fil-pajjiżi taż-Żona tal-Ewro f’Lulju kienet 8.2% filwaqt li kienet ta’ 6.8% fit-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea fejn ftit aktar minn 17-il miljun ruħ jinsabu qiegħda. Il-Greċja għad għandha l-ogħla rata ta’ qgħad b’19.5% u Spanja bi 15.1%.

Malta toffri l-għajnuna lill-Greċja fit-traġedja li qed isseħħ bħalissa

Malta offriet l-għajnuna lill-Greċja fit-traġedja li qed isseħħ bħalissa fejn nirien ħakmu Attica viċin Ateni.

Il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia qal li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili offra l-assistenza tiegħu.

S’issa, in-numru ta’ nies mejta tela’ għal 70 persuna.

 

Send this to a friend