grawnd – One News

Notifiki

RITRATTI: Il-PM jinawgura l-grawnd tal-futbol f’Birżebbuġa

Minkejja l-Maltemp li ppersista matul il-jum, kienet ġurnata mill-isbaħ għall-lokalità ta’ Birżebbugia hekk kif ġie inawgurat grawnd tal-futbol attrezzat b’dak kollu meħtieġ għal dawk dilettanti tal-logħba tal-futbol.

Proġett minn Sport Malta li ġie inawgurat mill-Prim Ministru Joseph Muscat b’investiment ta’ ftit iktar minn żewġ miljun ewro u li jimmarka wegħda oħra mwettqa mill-Gvern.

Waqt l-inawgurazzjoni, il-Prim Ministru saħaq li dan il-Gvern huwa impenjat bis-serjetà li jinvesti fil-faċilitajiet sportivi tant li din is-sena biss nefaq €13-il miljun. Dan għal kuntrarju ta’ dak li kien isir fi żmien amministrazzjonijiet preċedenti, fejn kienu jintefqu madwar €5 miljun biss f’sena.Aqra aktar

Proġetti sportivi għar-residenti ta’ Marsaskala

Beda x-xogħol infrastrutturali fuq il-grawnd tal-futbol ġdid f’Wied il-Għajn b’investiment ta’ €1,500,000. Dan ifisser li għall-ewwel darba t-tim tal-futbol ta’ Marsaskala se jkollu l-faċilitajiet tiegħu.

Fl-aħħar xhur kienu għaddejjin it-tħejjijiet biex sa fl-aħħar, din il-komunità żagħżugħa li dejjem qed tikber, ikollha l-faċilitajiet li bosta bliet u rħula oħra diġà għandhom.

Tħejjijiet li fost oħrajn kienu jinkludu li jsiru l-pjanti, jinħarġu s-sejħiet għall-offerti u jinkisbu l-permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar. Issa li dawn ġew konklużi, bdiet il-ħidma estensiva fuq is-sit li jinsab biswit il-park tal-familja.

Aqra aktar

Jibda llum ix-xogħol fuq il-grawnd ta’ Wied il-Għajn

Se jkun qed jibda llum x-xogħol infrastruttura­li fuq il-grawnd tal-futbol ġdid f’Wied il-Għajn.

Fl-aħħar xhur kienu għaddejjin it-tħejjijiet biex fl-aħħar din il-komunità li qed tikber u li għad­ha żagħżugħa jkollha l-faċilitajiet li ħafna rħula oħra għandhom. Fost oħrajn mhux biss saru l-pjanti iżda ħarġu wkoll is-sejħiet għall-offerti u nkisbu l-permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar u l-ħidma fuq is-sit b’mod estensiv se tirranka fil-jiem li ġejjin.

Aqra aktar

Grawnd tal-futbol ġdid għaż-Żabbarin

Il-grawnd tal-futbol ta’ Ħaż-Żabbar ingħata l-ħajja dan wara li sar xogħol ta’ manutenzjoni b’investiment ta’ €5,000.
Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari Chris Agius li żar il-grawnd sabiex jara x-xogħlijiet li bħalissa għaddejjin.

Grawnd ġdid għaż-Żabbarin

Il-youth nursery ta’ Żabbar St Patrick se tkun tista’ tagħmel użu aħjar mill-faċilitajiet sportivi tagħha wara x-xogħol li sar fuq il-football pitch 5-a-side b’investiment ta’ €30,000.

Bil-fondi mogħtija, il-club bidel it-turf artifiċjali, twaħħlet xibka mill-għoli tal-pitch, u sar ukoll xogħol ta’ manutenzjoni mal-perimetru kollu. B’hekk it-tfal u ż-żgħażagħ li jattendu din in-nursery u li jammontaw għal mitejn u għoxrin, issa jistgħu jagħmlu użu minn dan il-ground waqt is-sessjonijiet ta’ taħriġ.

Aqra aktar

Lejn il-bini ta’ grawnd tal-futbol f’Wied il-Għajn

L-Awtorità tal-ippjanar tat il-permess sabiex f’Marsascala jibda l-bini tal-grawnd tal-futbol u tal-klabb.

Aħbar li l-komunità ta’ Marsascala kienet ilha tistenna s-snin.

Il-proġett se jsir f’sit li bħalissa qed jintuża bħala żona rikreattiva. Fost il-faċilitajiet il-proġett se jkollu ħanut tal-klabb, ristorant, kċina, klinika, kmamar fejn ibiddlu, ġibjun, maħżen u faċilitajiet sanitarji. Dan kollu se jsir fuq medda art ta’ 6,000 metru kwadru.

Aqra aktar

Send this to a friend