Gozo | One News

Notifiki

Pjan biex jinbena breakwater ġdid f’Marsalforn

Bi breakwater ġdid u xogħlijiet ta’ tisbiħ mal-kosta, il-bajja ta’ Marsalforn se joffri esperjenza isbaħ u iktar pożittiva għar-residenti u dawk li jżuru din iż-żona.

Saħqet dan il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana, li ddeskriviet il-proġett tal-break water bħala proġett kbir u ferm importanti li jifforma parti mill-masterplan ambizzjuż għal Marsalforn.Aqra aktar

Il-Gozo Channel b’tibdil fl-iskeda

Il-kumpanija tal-Gozo Channel ħabbret li wieħed mill-vapuri tagħha, Mv Ta’ Pinu se jieqaf jopera għal tliet ġimgħat bejn it-8 u d-29 ta’ Jannar.

Biex tikkumpensa dan, il-kumpanija ħabbret li mid-9 ta’ Jannar il-vjaġġi ta’ filgħodu se jkunu qed isiru kif tindika din it-tabella:

 

Jikkonfermaw xogħol b’intervent tar-raġel ta’ Giovanna…ġieli kellem lill-pulizija

Xhieda kkonfermaw fil-Qorti kif b’intervent ta’ Tony Debono, ir-raġel tal-eks Ministru ta’ Għawdex Giovanna Debono, sarilhom xogħol fi proprjetà tagħhom mingħajr ma ħallsu għalih. L-ewwel żewġ xhieda dalgħodu kellhom kwistjoni b’ħitan fl-għelieqi.

F’każ minnhom fl-għalqa biswit tax-xhud u f’ieħor fil-proprjetà tiegħu. Huma rrakkontaw dwar dan fil-Qorti billi wieġbu d-domandi tal-prosekuzzjoni u dawk tad-difiża, li minbarra li kienet iebsa xi kultant dehret rasha sħuna wkoll. Tant li f’ħin minnhom l-avukat difensur ta’ Tony Debono, Joe Giglio, qal li kellu joħroġ mill-awla għax ma setax jifhem għax il-prosekuzzjoni għażlet li ttella’ x-xhud.

Aqra aktar

Il-Ministru Refalo jrid status speċjali għal Għawdex

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo appella kemm lill-gvern kif ukoll lill-Oppożizzjoni biex jingħaqdu u jaraw kif Għawdex, li qed jagħti valur miżjud lil Malta, jingħata sens ta’ tmexxija u l-istatus speċjali li jixraqlu.

Meta kien qed jitkellem fid-dibattitu fit-tieni qari tal-Abbozz ta’ Liġi li jimpliment l-miżuri tal-budget, Il-Ministru Refalo qal li ma tista’ qatt ikollok awtonomija jew status speċjali jekk fil-qasam fiskali m’għandek ebda saħħa ta’ xejn. Anqas jista’ jkollok devoluzzjoni ta’poter fil-qasam leġislattiv, jekk ċerti liġijiet li jolqtu direttament lil Għawdex ma jittieħdux mill-Kunsill jew mir-reġjun ta’ Għawdex, anke jekk fl-aħħar mill-aħħar dawn il-liġijiet irid ikollhom it-timbru tal-parlament.

Aqra aktar

Hemm ċentru Għawdxi li qed ikaxkar l-unuri

Fil-Parlament il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo qal li l-proġett taċ-Ċittadella qed jiġibed l-ammirazzjoni ta’ eluf ta’ viżitaturi kuljum. Mhux biss, iżda l-proġett ingħata wkoll għarfien uffiċċjali minn organizzazzjonijiet u entitajiet fil-qasam tal-arkitettura u tal-wirt storiku.

Dawn jinkludu rikonoxximent minn Din l-Art Ħelwa permezz tal-Medalja tal-Fidda 2016 – l-aqwa unur fil-kategoriji kollha. Il-premju ngħata għall-kontribut distint fil-wirt storiku Malti u għall-kisbiet ta’ eċċellenza arkitettonika f’Malta. Iċ-Ċentru tal-Viżitaturi taċ-Ċittadella huwa kkunsidrat bħala proġett kbir ta’ riġenerazzjoniRikonoxximent ieħor minn Din l-Art Ħelwa kien permezz tal-Prix d’Honneur 2016 (Kategorija A) għall-kontribut distint u sinifikanti għall-wirt storiku Malti u għall-kisbiet ta’ eċċellenza arkitettonika. 

Aqra aktar

Sidien ta’ ristoranti f’Għawdex se jmorru tajjeb bil-Presidenza

Il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2017 tfisser li ħafna persuni se jżuru pajjiżna. Naturlament, dawn iridu jieklu.

Għadha kemm tnediet espressjoni ta’ interess għall-proviżjoni ta’ servizzi ta’ ristoranti f’Għawdex, għaliex għadd ta’ delegati ser ikunu qed jattendu laqgħat hemm waqt il-Presidenza Maltija fix-xhur li ġejjin.

Din l-Espressjoni ta’ Interess tista’ tinkiseb permezz ta’ ittra elettronika lill-Maniġer tal-Operat, Lucia Gauci, fuq [email protected]Aqra aktar

FILMAT: ara x’qed jagħmlu Barts biex jirriklamaw lill-iskola medika u lil Malta

  • “A big part of the appeal for students will be Malta” 

Mhux biss jirriklamaw il-programmi tagħhom hawn Malta, imma wkoll lil pajjiżna stess. Qed nitkellmu dwar Barts u l-London School of Medicine and Dentistry, li niedew żewġ programmi hawn Malta.

Biswit l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kif nafuh illum, u anke s-sit li llum jilqa’ l-pazjenti, se jkun hemm bidla sħiħa b’faċilitajiet tal-ogħla livell, biex f’Għawdex ikun hemm teaching hospital tal-ogħla livell.

Elf student diġa huma interessati li jieħdu sehem fil-proġett ta’ suċċess.

Segwu dan il-filmat mill-isbaħ.

Aqra aktar

Joġġezzjonaw il-ħruġ ta’ dettalji mill-kontijiet ta’ Giovanna Debono

Id-difiża ta’ Anthony Debono, ir-raġel tal-eks Ministru Giovanna Debono, oġġezzjonat li fil-Qorti jkunu ippreżentat tagħrif minn kontijiet bankarji tal-eks Ministru. Illum kienu lesti biex jixhdu r-rappreżentanti ta’ erba banek ewlieni dwar l-allegat każ ta’ xiri ta’ voti f’Għawdex, iżda eventwalment inqala battibekk bejn il-prosekuzzjoni u d-difiża li wassal biex il-Maġistrat bagħat il-każ lura għand l-Avukat Ġenerali biex jiddeċiedi dwar din ix-xhieda tar-rappreżentanti tal-banek.

Aqra aktar

Send this to a friend