Gozo Channel | One News

Notifiki

Aktar minn 5.7 miljun persuna qasmu l-fliegu fl-2018

Is-sena li għaddiet il-vapuri tal-Gozo Channel żiedu b’aktar minn 7% l-għadd ta’ karozzi u passiġġieri li ġarrew bejn Malta u Għawdex bil-konsegwenza li l-kumpanija żiedet il-vjaġġi b’aktar minn 1,090 vjaġġ f’sena waħda.

Fil-fatt, ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li matul is-sena li għaddiet it-tliet vapuri tal-kumpanija ġarrew aktar minn 5,700,000 passiġġieri.Aqra aktar

Aktar minn 210,000 persuna qasmu l-fliegu matul il-ġimgħa ta’ Santa Marija

Skont ċifri maħruġa mill-kumpanija Gozo Channel, 211,071 persuna u 56,528 vettura qasmu l-fliegu matul il-ġimgħa ta’ Santa Marija.

Il-kumpanija Gozo Channel operat xejn inqas minn 742 vjaġġ bejn il-gżejjer, liema vjaġġi kienu qed jiġu operati mingħajr skeda biex il-kumpanija tlaħħaq mad-domanda ta’ kull min għażel lil Għawdex biex iqatta’ fiha l-btajjel tas-sajf.

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana laqgħet b’sodisfazzjon dawn iċ-ċifri u rrimarkat  li kkumparat mas-sena l-oħra, il-kumpanija Gozo Channel esperjenzat żieda fin-numru ta’ passiġġieri u vetturi li qasmu lejn Għawdex. Fil-fatt, in-numru ta’ passiġġiera żdied b’4% filwaqt li n-numru ta’ vetturi żdied b’6%. Il-Ministru Caruana rringrazzjat lill-management u l-ħaddiema tal-Gozo Channel li ħadmu bla heda biex jakkomodaw lil dawk kollha li żaru lil Għawdex matul dawn il-jiem.Aqra aktar

55,000 persuna jitilgħu Għawdex għal diversi ċelebrazzjonijiet fi tmiem il-ġimgħa

55,000 persuna żaru l-gżira Għawdxija fi Tmiem il-Ġimgħa li għaddiet għal diversi ċelebrazzjonijiet. B’kollox il-vapuri tal-Gozo Channel għamlu 202 vjaġġ.

 

Fost oħrajn kien hemm ċelebrazzjonijiet ta’ Jum il-Belt Victoria bil-kunċerti ‘RockAstra’ u għal ‘Leone goes Pop’.

 

Fil-ġonna publiċi tal-Villa Rindle, ittella’ għall-ewwel darba f’Għawdex il-‘Bee and Honey Fest’, festival marbut man-naħal u l-industrija relatata. Kien imfakkar ukoll l-avveniment storiku ta’ meta t-truppi Franċiżi, 220 sena ilu, invadew lil Għawdex u ħadu kmand tal-gżira. Dan ir-reenactment, magħmul minn 550 persuna liebsa l-ilbies tal-epoka, ta ħarsa lejn l-episodji ewlenin li nisġu l-istorja u ħa lil kull min kien preżenti lura fl-istorja.

 

Il-festival ‘Abode on the rock’ attira 1,700 żagħżugħ u żagħżugħa barranin lejn il-gżira Għawdxija, liema festival ħalla impatt ekonomiku tajjeb u ġġenera ħafna xogħol.

 

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana tkellmet fuq kif Għawdex esperjenza tmiem il-ġimgħa mill-aqwa. Kull min kien preżenti kellu għażliet varji ta’ postijiet fejn jirrilassa. Justyne Caruana qalet ukoll li avvenimenti bħal dawn qed ikomplu jattiraw lejn Għawdex aktar turisti, kemm lokali u barranin, li qed jiġu jgawdu mhux biss il-ġmiel naturali tal-gżira, iżda wkoll it-talenti u l-kreattività ta’ Għawdex. B’hell,  l-istrateġija li qed jadotta l-Ministeru għal Għawdex qed tagħti l-frott hekk kif Għawdex qed joffri xi ħaġa għall-gosti ta’ kulħadd.

 

 

Send this to a friend