ġonna | One News

Notifiki

Investiment fit-toroq ta’ €100 miljun fis-sena li ġejja

Il-pjan ta’ €700 miljun biex isiru toroq kollha tal-pajjiż, inkluż Għawdex, fuq seba’ snin, beda. Fis-sena li ġejja, il-Gvern qed jippjana li jsir xogħol fuq toroq b’investiment ta’ mitt miljun ewro.

Il-Ministru Edward Scicluna spjega kif dan juri biċ-ċar l-importanza li lest joffri dan il-Gvern lil dan il-qasam li kien ilu fuq fomm kulħadd għal għexieren ta’ snin. Dan huwa erba’ darbiet aktar milli kien jiġi vvutat qabel.

Aqra aktar

Il-maltemp ma jħassarx jum ta’ attivitajiet fil-Furjana

Minkejja ġurnata, partikolarment għodwa, ikkaratterizzata minn maltemp u temp li forsi ma jħajrekx biex toħrog, għal sena oħra ġiet organizzata l-attività Ġenna ta’ Ġonna fil-Furjana. Dawk preżenti setgħu jżuru diversi mkejjen f’din il-lokalità li s-soltu ma jkunux miftuħin għall-pubbliku. Aqra aktar

ARA: Ġonna ta’ meditazzjoni fil-qalba ta’ Paceville

 

Kien ingawgurat il-Ġnien ta’ Meditazzjoni fuq il-bejt tal-binja ‘WOW’ biswit il-Millenium Chapel li qiegħed ikompli jressaq l-ispiritwalità fost il-komunità ta’ Paceville.

Dan il-ġnien fil-mekka tad-divertiment f’Paceville kien il-ħolma tal-qassis Hilary Tagliaferro, il-fundatur tal-Millanium Chapel.Aqra aktar

Il-Buskett fl-eqqel tas-sajf

Żorna l-ġonna tal-Buskett fl-eqqel tas-Sajf u sibna kwiet kbir. Il-familji li f’xhur oħra jimlew dawn il-ġonna jgħidu xi kelma u jiddevertu taħt xi siġra x’aktarx kienu fuq xi bajja. Peró ma morniex waħedna. Ħadna magħna lill-espert tas-siġar, Alfred Baldacchino, li ġiegħlna napprezzaw iktar il-wirt li għandna f’dan il-post. Il-filmat m’għandekx titiflu.

Aqra aktar

Send this to a friend