gomes u casa | One News

Notifiki

Il-Qorti tiċħad talba tal-aħwa Degiorgio biex jiltaqgħu ma’ MEPs

Il-Qorti tiċħad it-talba li għamlu l-aħwa Alfred u George Degiorgio, li huma mixlija bil-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia, biex jiltaqgħu mal-Membri Parlamentari Ana Gomes u David Casa.

L-akkużati għamlu t-talba tagħhom waqt il-kumpilazzjoni ta’ nhar il-Ħamis li għadda biex jiltaqgħu mal-membri parlamentari fil-preżenza tal-midja barranija. Il-Qorti pperseduta minn Claire Stafrace Zammit ċaħdet din it-talba wara li ħadet nota tal-oġġezzjonijiet li għamel l-Avukat Ġenerali kif ukoll innutat li l-Avukati difensuri naqsu milli jsostnu din it-talba ta’ natura eċċezzjonali.

Send this to a friend