ġnus magħquda | One News

Notifiki

Il-Kanadiżi jneħħu ċ-ċittadinanza onorarja lil Suu Kyi

Il-membri parlamentari Kanadiżi ivvotaw b’mod unanimu biex ineħħu ċ-ċittadinanza onorarja tal-mexxej ta’ Myanmar Aung San Suu Kyi.

Il-mozzjoni kienet ir-risposta għall-falliment tagħha li twaqqaf il-persekuzzjoni tal-minoranza Rohingya f’pajjiżha.

Suu Kyi rebħet il-Premju Nobel għall-Paċi fl-1991 għall-isforzi tagħha sabiex iġġib id-demokrazija f’Myanmar, magħruf ukoll bħala Burma, hekk kif il-pajjiż kien immexxi mill-militar.

Rapport tal-Ġnus Magħquda qal li mexxejja militari ta’ Myanmar għandhom ikunu investigati għal ġenoċidju kontra r-Rohingya.

Minn tal-inqas seba mitt elf Rohingya ħarbu l-vjolenza fil-pajjiż fl-aħħar tnax-il xahar.

“Id-djalogu u l-koperazzjoni jirbħu fuq il-firda” – JM

Fid-diskors tiegħu fl-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, il-Prim Ministru Joseph Muscat wassal messaġġ  b’saħħtu dwar l-għaqda globali:

“Advocating a global approach does not mean loving your country less than others. It means that working together makes it less likely that a ‘might is right’ doctrine will prevail”.

Il-Prim Ministru spjega kemm hija inkwetanti li hemm pajjiżi li mingħalihom li se jsolvu problemi globali b’soluzzjonijiet lokali.Aqra aktar

L-Istati Uniti tgħid li l-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem hu fossa ta’ xaqlib politiku

L-Istati Uniti telqet ‘il barra mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda, hekk kif kien deskritt mill-istess pajjiżi bħala fossa ta’ xaqlib politiku.

Nikki Haley, il-mibgħuta speċjali tal-Istati Uniti, qalet li dal-Kunsill huwa ipokritu u jaqdi lilu nnifsu, filwaqt li jwaqqa għaċ-ċajt id-drittijiet tal-bniedem. Is-sena l-oħra, Haley akkużat lill-kunsill b’xaqlib kroniku u kontra l-Iżrael, u qalet li l-Istati Uniti kienet qed terġa tikkunsidra s-sħubija tagħha fih.

Il-Kunsill, li kien iffurmat fl-2006, kien ikkritikat li jħalli pajjiżi b’dubji serji fuq id-drittijiet tal-bniedem ikunu membri. Iżda attivisti qalu li jekk l-Istati Uniti jieħdu dal-pass, jaf l-isforzi li qed isiru biex jissorveljaw u jindirizzaw abbużi tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja jieħdu daqqa lura.

It-tfigħ tal-missila lejn il-Ġappun kien biss “l-ewwel pass”

Il-Korea ta’ Fuq sostniet li l-azzjoni tagħha li titfa’ missila lejn il-Ġappun aktar kmieni din il-ġimgħa, kienet biss l-ewwel pass minn għadd ta’ operazzjonijiet militari li għandha ppjanati.

Fuq il-mezzi tax-xandir tal-istat dittatorjali ġew rrikonfermati wkoll theddidiet li diġa’ kienu saru lejn il-gżira Amerikana Guam fl-Oċean Paċifiku li skont ir-reġim ta’  Jong-un hija “bażi avvanzata ta’ invażjoni”.

F’laqgħa li kellu tard fil-jum tat-Tlieta ġewwa New York, il-Kunsill tas-Sigurta’ tal-Ġnus Magħquda ikkundanna bi qbil unanimu dawn l-azzjonjiet mill-Korea ta’ Fuq, u sejħu l-attakk “xokkanti”.

Aqra aktar

Send this to a friend