ġlied – One News

Notifiki

Jinżamm arrestat wara li kien involut fi ġlieda mas-sieħba u mal-ġar

Raġel ta’ 28 sena mill-Ħamrun li ismu ma jistax jixxandar biex tkun protetta l-identità tal-allegat vittma, ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest fuq akkużi li kkaġuna ġrieħi fuq is-sieħba u l-ġar tiegħu, li kien qed iġorr sikkina, li kkawża danni fuq propjetà kif ukoll li ddisturba l-paċi pubblika. Huwa kiser ukoll ordni tal-Qorti li ma jidħol f’dar li kien projbit milli jidħol fiha.

Ir-raġel qed jiġi akkużat fuq żewġ każijiet li saru nhar il-Ħadd li għadda. L-ewwel każ seħħ fid-dar tal-koppja il-Ħadd filgħodu fejn allegatament ikkawża ġrieħi fuq is-sieħba tiegħu meta huwa kien mitlub li jitlaq mid-dar tiegħu. It-tieni każ sar aktar tard fil-ġurnata meta rritorna fid-dar fejn hemm ikkawża ġrieħi lill-ġar tiegħu.Aqra aktar

It-toroq f’San Pawl il-Baħar riflessjoni tat-tħarbit fi ħdan il-PN

“Imfarrkin ġbin, għadni ġej minn hawn isfel issa ġej minn naħa t’hawnekk it-toroq kull ħofra daqshiex il-karozza kont se nkissirha, jiġifieri dan kont qed inħallas il-liċenzja u insurance jien uwx.”  “Hopeless uwx, ħafna bankini mkissrin.” “Żibel hi, hawnekk għandna l-kunsill hawn taparsi u ħadd ma jagħmel xejn. Mhux ħofor, barrieri għandna hawnekk. Barrieri u żibel u imbarazz” “Imħaffrin kollha, ilma ħiereġ minnhom.”

Kif jixhdu r-residenti ta’ San Pawl l-Baħar u l-madwar, it-toroq f’din iż-żona tant popolari mal-Maltin u t-turisti jinsabu f’qagħda mwiergħa.

Aqra aktar

Aktar minn 760 midruba fi Spanja

Aktar minn 760 persuna ndarbu fi Spanja waqt ġlied m’uffiċjali tal-Pulizija li ppruvaw iwaqqfuhom milli jivvutaw fir-referndum dwar l-indipendenza ta’ Katalunja minn Spanja.

Il-Gvern Spanjol kien wiegħed li jwaqqaf il-votazzjoni wara li kienet iddikjarata illegali mill-Qorti Kostituzzjonali tal-pajjiż, iżda l-Katalani sfidaw din id-deċiżjoni u xorta għamlu r-referendum.Aqra aktar

Robert Arrigo jirrifjuta offerta ta’ Delia

Id-deputat Nazzjonalista Robert Arrigo ma laqgħax l-offerta ta’ Adrian Delia sabiex minflok joħroġ għal-kariga ta’ Deputat Kap għall-affarijiet tal-Partit jingħata l-pożizzjoni ta’ teżorier.

Delia jixtieq li Clyde Puli jokkupa din l-imsemmija kariga, filfatt dan kien wieħed miż-żewġ magħżulin tiegħu għall-laqgħa li kellu mal-Prim Ministru fiċ-Centru Nazzjonali Laburista. Deċiżjoni li ma niżlet xejn tajjeb mad-deputati tal-fazzjoni l-oħra tal-PN li tul il-kampanja tal-elezzjoni tal-kap tat is-sosten tagħha lil Chris Said.

Il-Korea ta’ Fuq tgħid lill-Amerka: tażżardawx għax lesti għall-ġlied

Il-Korea ta’ Fuq wissiet lill-Istati Uniti biex ma tipprovokax u ma tieħu ebda azzjoni fir-reġjun, għax tinsab lesta tirribatti b’attakki nukleari. Dawn il-kummenti saru meta l-Korea ta’ Fuq immarkat il-105 anniversarju mit-twelid tal-president fundatur, Kim Il-Sung. Ċelebrazzjoni magħrufa bħala Day of the Sun. 

Għal din l-okkażjoni saret parata kbira fi Pyongyang, fost spekulazzjoni li l-mexxej attwali Kim Jong-Un jista’ jordna provi nukleari ġodda.

Choe Ryong-Hae, dak li hu mifhum li huwa t-tieni l-iktar uffiċjal b’saħħtu fil-pajjiż, qal li jinsabu preparati li jwieġbu għal gwerra bi gwerra oħra. Dan meta aircraft carrier Amerikan u vapuri oħra tal-gwerra riesqin qrib il-Korea ta’ Fuq. Qed imorru hemm minħabba t-theddid ta’ azzjoni nukleari u l-provi li qed iwettaq dan il-pajjiż f’dan il-kamp.

Aqra aktar

Send this to a friend