ġimgħa mqaddsa – One News

Notifiki

Ecclesia Sanctorum – Il-Wirt Reliġjuż fuq il-bolol u aktar

Il-Grupp Filateliku taż-Żejtun se jkun qed itella’ s-16-il edizzjoni tal-wirja annwali tal-filatelija, din is-sena bit-titlu ‘Ecclesia Sanctorum – il-Wirt Reliġjuż fuq il-Bolol u Aktar’. Din il-wirja filatelika bit-tema tar-reliġjon se tkun miftuħa bejn nhar il-Ħamis 27 u l-Ħadd 30 ta’ Settembru, 2018, fis-Sala Ġużeppina Curmi (taħt l-Istitut Ġesù Nazzarenu), Triq l-Isqof Emm. Galea, iż-Żejtun. Din se tkun miftuħa wkoll waqt l-attività Żejt iż-Żejtun.

Il-pubbliku f’din il-wirja permezz tal-filatelija se jkun jista’ jara avvenimenti storiċi tar-reliġjon Kattolika fosthom tal-Milied u l-Ġimgħa Mqaddsa, muniti, kartolini ta’ qaddisin varji, u ħafna aktar. Bolol rari li se jqajmu diversi interess fost dawk li qed jkunu qed jattendu.

Matul din il-wirja diversi filatelistiċi li se jkunu qed idawwru lill-pubbliku madwar il-wirja u jagħtuhom spegazzjoni dwarhom. It-tfal kollha li se jkunu qed iżuru din il-wirja se jagħmlu xi ħaġa interessanti, li din il-ħaġa mbagħad se jkunu jistgħu joħduha magħhom. Barra minn hekk, se tkun qed titqassam il-gazzetta The Melite Post bla ħlas. Id-dħul għall-wirja huwa bla ħlas ukoll.

Il-filatelija dejjem kienet għal qalb iż-Żejtun, hekk kif l-istorja tal-filatelija tmur lura għall-bidu tas-seklu għoxrin, fejn l-ewwel għaqda filatelika f’Malta, il-Malta Philatelic Society’, kienet topera minn 20, Triq Sant’ Emidju, iż-Żejtun.

Din il-wirja qed tiġi mtella’ mill-Grupp Filateliku taż-Żejtun, grupp fi ħdan il-Kunsill Lokali taż-Żejtun, li twaqqaf fl-2002, minn Żwieten li kienu iż-Żejtun jġemmgħu l-filatelija. Għal kull laqgħa jattendi kelliem biex jitkellem dwar l-aspetti storiċi ta’ pajjiżna u lil hinn, li jkunu deheru fuq il-bolol. Kulħadd jista’ jingħaqad f’dan il-grupp, il-laqgħa u s-sħubija huma mingħajr ħlas.

Il-pubbliku hu mistieden għall-ftuħ uffiċjali li se jsir nhar il-Ħamis, 27 ta’ Settembru, fis-7.00 p.m.
Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 2166 3866 jew ibgħat posta elettronika fuq [email protected]

Riġlejn Tfal, Żgħażagħ, Miżżewġin u priġunieri maħsulin f’Ħamis ix-Xirka fil-Kon-Katidral

Għal din is-sena, f’Ħamis ix-Xirka filgħaxija, waqt it-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, l-Arċisqof Charles J. Scicluna xtaq li jaħsel riġlejn ta’ tfal, adolexxenti u żgħażagħ minn realtajiet differenti.

Dan fil-kuntest tal-laqgħat li l-Arċisqof qed jagħmel bi tħejjija għas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-żgħażagħ imsejjaħ mill-Papa Franġisku, li ser isir f’Ottubru li ġej fil-Vatikan.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Iżjed minn 10,000 jitilqu mill-Mellieħa b’riżq Puttinu Cares

Għal sena oħra eluf ta persuni ta’ kull età laqgħu s-sejħa ta’ Puttinu u attendew għall-mixja mill-Mellieħa sal-Isla.

Din is-sena l-mixja telqet mill-pjazza tal-Mellieħa fin-nofs siegħa tal-ġimgħa filgħodu u n-nies bdew jaslu l-Isla ftit wara t-tokki tal-ħamsa ta’ filgħodu.

Attendew madwar 10,000 ruħ u nġabru ‘l fuq minn 80,000 ewro.

Din il-mixja li issa tinsab fil-15-il sena tagħha, evolviet minn mixja ta’ ftit għexieren ta’ persuni, għal mixja li jattendu għaliha l-eluf, għal għan nobbli b’risq Puttinu Cares.

Filmat: Gareth Degiorgio

L-Erbgħa tat-Tniebri f’Ħaż-Żabbar

Illejla, avveniment kbir mistenna: L-Erbgħa tat-Tniebri f’ Ħaż-Żabbar.

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex jattendi għal din l-attivita mhux tas-soltu bejn is-7:00pm u l-10:00pm, bis-sehem tal-Banda San Mikiel u aktar minn 200 parteċipant.

Bir-Ritratti: Ma niċħdek qatt – mill-Faċilità korrettiva ta’ Kordin

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, flimkien mal-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia, l-Arċisqof Emeritus Mons. Pawlu Cremona u l-kelliem għall-Oppożizzjoni Beppe Fenech Adami attendew għad-dramm ‘Ma niċħdek qatt’ imtella’ mill-Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl u mid-direzzjoni tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Aqra aktar

Żgur li se xxomm minn din il-ġimgħa d-dieħla

Jekk inti se żżur il-knejjes u jista’ jkun ukoll xi wirjiet f’dawn il-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa speċjalment matul il-ġimgħa d-dieħla, hija komuni r-riħa speċjali li se xxomm ta’ dik li hija magħrufa bħala l-borma.

Il-borma hija literralment borma ġenerlament tkun taċ-ċaqquf u li tkun imħawwra b’diversi ħwawar li meta jitħaltu flimkien joħolqu riħa partikolari.

L-ingredjenti huma dawn:

-imsiemer tal-qronfol, larinġ, balzmu, essenza tal-fwieħa, tuffieħ, lumi, inbid qadim u ħwawar partikolari li hemm minnhom li jkunu wkoll aromatiċi. L-imsiemer tal-qronfol jitwaħħal mat-tuffieħ maqsum min-nofs.

L-ingredjenti jvarjaw saħansitra minn raħal għall-ieħor u ssib nies li jgħidulek li għandhom riċetta tagħhom sigrieta.

 

Is-sataniżmu fi żmien il-Ġimgħa Mqaddsa

Għalkemm qatt ma kien hemm l-ebda grupp jew setta li ħarget stqarrija pubblika fuq l-eżistenza tagħha, huwa mifhum li s-Sataniżmu huwa pprattikat fil-gżejjer Maltin.

Bl-għan li tinħoloq kuxjenza, u tiġi provduta assistenza għall-Kattoliċi Maltin li jiffaċċjaw problemi relatati mas-Sataniżmu, il-Knisja ħolqot il-Kummisjoni Djoċesana dwar l-Okkult u s-Sataniżmu.

Aqra aktar

Send this to a friend