ġimgħa l-kbira – One News

Notifiki

Il-Preparamenti qabel il-purċissjoni

Il-Knisja Kattolika llum tfakkar il-Ġimgħa l-Kbira bil-funzjoni ewlenija fil-knejjes tkun it-tifkira Solenni tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej li matulha jiddomina s-skiet u l-ġabra.

Is-sempliċità ta’ din iċ-ċelebrazzjoni żżid fid-drammatiċità tagħha u tgħin iktar lill-Insara biex jirriflettu fuq dan il-ħin għażiż fil-ħajja ta’ Ġesu.

F’Malta din iċ-ċelebrazzjoni tissokta b’għadd ta’ purċissjonijiet b’għadd ta’ vari li joħorġu minn diversi knejjes li jfakkruna fit-tbatija li għadda minnha Kristu.

Crew ta’ ONE News żar il-parroċċa ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi, li din is-sena tinsab entużjasta wara li ngħatat il-barka biex iżżid vara ġdida ta’ Kristu quddiem is-Sinedriju.

Aqra aktar

‘Filium Dei’- id-dramm tal-Ġimgħa l-Kbira 2019 minn Senglea Drama Group

Għal dawn l-aħħar għaxar snin, grupp tad-drama fil-lokalita’ tal-Isla, illi jġib l-isem ta’ Senglea Drama Group, dejjem ħa ħsieb sabiex itella’ drammi għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa. Din is-sena, dan l-istess grupp qed iħejji bil-preparamenti tiegħu sabiex jippreżenta dramm ieħor għal dawn iż-żminijiet. Id-dramm ta’ din is-sena bl-isem ‘Filium Dei’, huwa dramm fuq il-ħajja, il-mewt u l-qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu. Waqt dan id-dramm, dawk kollha illi ser jattendu għalih, se jkunu jistgħu jgħixu flimkien mal-atturi, l-istorja ta’ dak illi ġie fostna sabiex isalva lill-umanita’ mid-dnub.Aqra aktar

Għada l-Erbgħa tat-Tniebri – xi jfisser?

Għada huwa l-Erbgħa tat-Tniebri. Illum il-gurnata kważi qajla nafu biha ħlief dawk li għandhom għal qalbhom dawn iż-żminijiet. Kien iż-żmien li fih il-Knisja Kattolika kienet tidħol fil-perjodu tad-dlam għaliex tfakkar meta Ġesù Kristu kien beda jipprepara għal dak li kellu jgħaddi minnu.

Aqra aktar

Ma – Fit-Teatru Metanoia f’Ħal Luqa

Grupp ta’ Atturi minn skejjel ta’ drama differenti ngħaqdu mat-tim tal-għaqda teatrali SKENE biex itellgħu dramm ieħor ta’ żmien il-ġimgħa mqaddsa b’differenza.  Dramm li żgur ser idaħħal lil dawk li se jattendu fl-atmosfera li ġġib magħha din il-festa liturġika.

Id-dramm ta’ din is-sena jġib l-isem ta’ MA, il-kelma li nużaw biex ngħajtu lill-ommna. Dramm li kien miktub minn James Sultana u Mark Mifsud. Id-dinja tinbidel, iż-żminijiet jinbidlu, kollox jinbidel, iżda l-Imħabba tal-omm ma tinbidel qatt. Kemm jekk elfejn sena ilu, kemm jekk illum, il-qalb ta’ omm hija qalb ta’ Omm. U hija din propju t-tema li fuqha huwa bbażat id-dramm ta’ din is-sena. L-imħabba li tat Omm Ġesù u l-imħabba ta’ omm tal-lum.   L-istorja ser teħodna fi żmien ’il bogħod u ser iżżommna hawn illum, bl-istorja ta’ Marija Omm Alla u l-istorja ta’ Simone l-omm li ma jafha ħadd.  Żewġ realtajiet differenti pero fl-istess ħin simili. Tgħaqqadhom dejjem l-imħabba li omm biss taf turi.  Din hija l-istorja tiegħek li int omm, u tiegħek li int iben jew bint. Hija l-istorja tal-bieraħ daqskemm hi l-istorja tal-lum.

Aqra aktar

Il-kwareżimal matul l-40 jum tar-Randan

Il-kelma kwareżimal tiġi mill-kelma quaresima, għall-40 jum tar-Randan, u l-ingredjenti f’dan il-ħelu jirriflettu n-nuqqas tal-lussu tal-ikel rikk.

Fil-kwareżimal hemm nuqqas ta’ bajd u xaħam. Din ir-riċetta hija bbażata fuq l-għasel bhala sors ieħor ta’ ħlewwa.

Hija tradizzjoni li f’dan iż-żmien tas-sena, issib tixtri minn dan l-ikel għaliex jinżel tajjeb flok il-ħelu tas-soltu. Hemm min pero’, lanqas minnu ma jieħu għax jirraġuna li jkun qed ibiddel xi ħaġa flok oħra biex xorta jiekol xi ħaġa tajba.

Dan m’huwhiex prodott li ssib f’pajjiżna biss, huwa popolari wkoll fi Sqallija u fi Spanja fost l-oħrajn.

RITRATTI: Pajjiżi differenti jfakkru l-mewt ta’ Kristu b’modi differenti

Illum pajjiżna qed ifakkar il-mewt ta’ Ġesu Kristu. Kristjani minn madwar id-dinja ifakkru din il-ġurnata ta’ niket ukoll. Iżda l-mod ta’ kif ir-reliġjużi jagħtu tislima lil Kristu f’din il-ġurnata hija differenti. F’dawn ir-ritratti wieħed jista’ jara modi differenti ta’ kif pajjiżi madwar id-dinja jfakkru l-mewt tal-Mulej.

Aqra aktar

‘Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju’

“Kull każ jgħodd. L-idea tagħna hi li ngħinu lil kull persuna tiżviluppa l-potenzjal kollu tagħha.”

Dan il-ħsieb wara l-Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju organizzata mis-Segretarjat Assistenza Soċjali Azzjoni Kattolika. Din hija ġimgħa li fiha kulħadd hu msejjaħ biex fis-sagrifiċċju tiegħu jew tagħha, jaħseb ftit fil-proxxmu.

Segwi d-dettalji hawn.

Aqra aktar

Send this to a friend