Għawdex – Page 7 – One News

Notifiki

F’Għawdex se jiġu organizzati klassijiet tal-Masters

Wara li s-sena l-oħra ġie organizzat l-ewwel edizzjoni tal-festival MUSIC+, din is-sena l-Fondazzjoni Classique se tippreżenta t-tieni edizzjoni li se ssir bejn is-27 ta’ Settembru u l-1 ta’ Novembru 2019. Simili għall-edizzjoni tas-sena l-oħra, it-tieni edizzjoni se tikkonsisti minn numru ta’ recitals minn artisti lokali u internazzjonali, master classes fi strumenti differenti, workshops għal studenti tal-primarja, taħdidiet u opra mit-tfal għat-tfal. Aqra aktar

Dar għal dawk bi problemi psikjatriċi f’Għawdex

Il-Ministeru għall-Għawdex flimkien mal-Awtorità tad-Djar issiġillaw ftehim biex l-Assoċjazzjoni tas-Saħħa Mentali f’Għawdex tiftaħ l-ewwel dar fil-komunità għal nies bi problemi ta’ saħħa mentali f’Għawdex.

Din id-dar li se tkun fl-Għarb mistennija toffri bosta servizzi fosthom dak ta’ riabilitazzjoni f’ambjent ta’ komunità.

Il-Ministru Justyne Caruana qalet: illum qegħdin inħabbru proġett ġdid ta’ dar fil-komunità li se tkun ddedikata għas-servizzi tas-saħħa mentali fil-komunità fejn ħa nkunu qegħdin noffru ċentru għal kriżijiet li jinħolqu minn żmien għal żmien kif ukoll bħala respite u servizzi għal matul il-jum u wkoll fejn anka jkun hemm post biex il-persuni jiltaqgħu, jissoċjalizzaw u jitgħallmu mingħand xulxin”

Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes qal li bħalma ġara f’Malta fejn ġew żviluppati numru ta’ djar b’housing speċjalizzat l-istess ġara f’Għawdex f’residenza li kienet meqjusa bħala kbira wisq sabiex tinagħta lil benefiċċarju wieħed.

Galdes tenna: “aħna commited li anke mhux biss kif għamilna Malta imma wkoll Għawdex inkomplu nsaħħu dawn is-servizzi u naħdmu id f’id mal-NGOS li qed joffru servizz importanti għall-iżvilupp soċjali u ngħinuhom ukoll permezz tal-akkomodazzjoni soċjali.”

Il-President tal-Assoċjazzjoni tas-Saħħa Mentali f’Għawdex qalet wara disa’ snin mit-twaqqif tagħha, il-ħolma tal-Assoċjazzjoni saret realtà permezz ta’ dan il-ftehim li se jkompli jkattar l-għarfien u jagħti aktar indipendenza lill-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali.

Min-naħa tiegħu il-Kap Eżekuttiv tal-awtorità tad-djar Leonid Mackay qal li hu ta’ sodisfazzjon li permezz ta’ proprjetà li daħlet mill-iskema ‘Nikru biex Nassistu’, skema li  tinkoraġġixxi sidien ta’ proprjetà residenzjali vojta u privata biex jikruha lill-Awtorità tad-Djar se jkun qiegħed jitwettaq dan il-proġett innovattiv.

Sostna li ċ-ċavetta ta’ din id-dar se tiftaħ bibien ġodda lil persuni li se jkunu qegħdin jirċievu s-servizz li jeħtieġu qalb il-komunità.

Se tinbena blokka ta’ appartamenti għall-akkomodazzjoni soċjali f’Għawdex

Il-Gvern ippubblika sejħa għall-offerti għall-bini ta’ appartamenti għal skop soċjal fil-qasam tad-djar li jinsab fiż-żona ‘Taċ-Ċawla’, fir-Rabat Għawdex. Il-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana qalet li l-binja se jkollha tmien appartamenti u se tkun aċċessibbli għal kulħadd. Hija żiedet tgħid li l-blokka se tinbena b’elementi favur l-ambjent.Aqra aktar

Jintemm il-proċess Parlamentari biex titwaqqaf l-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta’ Għawdex

L-abbozz tal-liġi biex titwaqqaf l-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta’ Għawdex għadda mill-istadji kollha tal-Parlament hekk kif ingħalaq l-istadju tat-tielet qari. Permezz ta’ din l-Awtorità l-ġdida, se jissaħħaħ il-qafas istituzzjonali f’Għawdex fejn l-awtorità ser tassigura li Għawdex ikollu strateġija ta’ żvilupp reġjonali li tiġi riveduta biex il-qafas ekonomiku, soċjali u ambjentali ta’ Għawdex ikun kontinwament aġġornati għaċ-ċirkostanzi li jinbidlu u l-opportunitajiet li jinħolqu.

Fi stqarrija, l-Ministeru għal Għawdex qal li dan huwa pass importanti immens fl-iżvilupp reġjonali ta’ Għawdex li għandu jitqies bħala wieħed storiku.

Evviva – Festival tal-inbid fix-Xewkija

It-tieni edizzjoni tal-festival tal-inbid Evviva ser tinżamm nhar is-Sibt, 15 ta’ Ġunju, fil-Ġnien ta’ Blankas, fix-Xewkija

Dan tħabbar waqt konferenza stampa li ġiet indirizzata mill-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana fil-preżenza tas-Sindku u Kunsillieri tal-Kunsill Lokali tax-Xewkija f’dan il-ġnien pittoresk. Il-Ministru Caruana qalet kif dan il-festival tal-inbid huwa attività oħra li qed tiġi sostnuta mill-Ministeru għal Għawdex u kif l-kunċett nibet minn kollaborazzjoni bejn Castelvenere fl-Italja u l-Kunsill Lokali tax-Xewkija li hu ġemellat propju ma’ din il-belt li tinsab fil-provinċja ta’ Benevento fir-reġjun ta’ Campania, fl-Italja.Aqra aktar

L-Assoċċjazzjoni tal-Ħaddiema Għawdxin tfaħħar il-wasla tar-raba’ vapur tal-Gozo Channel

L-Assoċċjazzjoni tal-Ħaddiema Għawdxin, l-AGEM, faħħret ir-raba’ vapur tal-Gozo Channel kif ukoll tal-għotja lil residenti Għawdxin li jaħdmu Malta li se jkopru ċertu spejjeż li l-ħaddiema nefqu fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena.

Fi stqarrija, l-AGEM żiedet tispjega kif mill-bidu ta’ Lulju, ħaddiema Għawdxin mistennija jirċievu informazzjoni dwar kif huma jistgħu jibbenefikaw minn din l-iskema.

L-applikazzjoni għal dan il-benefiċċju mill-Gvern se tkun disponibbli bejn l-1 ta’ Lulju u l-15 ta’ Awwissu li ġej, bis-sussidju jkopri l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena.

Dwar il-wasla tar-raba’ vapur tal-Gozo Channel, l-AGEM qalet li dan se jsaħħaħ il-konnettività bejn Malta u Għawdex. Dan minkejja li l-Oppożizzjoni, primarjament id-Deputat Għawdxi Chris Said, maqdar il-wasla ta’ dan ir-raba’ vapur.

“M’għandix kliem biex nirringrazzja lil Għawdex u lill-Għawdxin ta’ dak li għamiltu magħna”- Il-PM Muscat fin-Nadur

Friska minn numru ta’ rebħiet storiċi fl-elezzjonijiet lokali, il-gżira Għawdxija laqgħet lill-Prim Ministru Joseph Muscat u lis-Sinjura tiegħu fin-Nadur. Il-Prim Minsitru nnota li m’hemmx kliem xierqa biżżejjed biex jirringrazzja lil Għawdex u lill-Għawdxin ta’ dak li għamlu mal-Partit Laburista fl-aħħar elezzjonijiet.

Aqra aktar

Send this to a friend