Għawdex – Page 52 – One News

Notifiki

Niżvelaw iktar dwar ta’ Said u n-Nadur

Il-139 biċċa xogħol li ħa Peter Paul Said mill-Kunsill Lokali tan-Nadur swew xejn inqas minn €117,457.54.

Peter Paul Said ħa dawn ix-xogħlijiet bejn Jannar elfejn u tlettax u April li għadda – meta l-Kunsilli Lokal tan-Nadur kien immexxi minn żewġ aħwa ħutu Charles Said u Edward Said.

Dawn kollha huma aħwa ta’ Chris Said li hu wkoll kien Sindku tan-Nadur.

Aqra aktar

Il-Gozo Channel jgħabbi iktar

Il-gżira ta’ tliet għoljiet qed tibqa’ tattira iktar nies lejha, konsegwenza diretta taż-żidiet fit-turisti li jżuru pajjiżna u iktar Maltin li qed jagħżlu li jgħaddu ftit tal-jiem Għawdex. Dan huwa rifless minn numru ta’ vjaġġi li għamlet il-Gozo Channel u n-numru ta’ persunil li telgħu fuqhom.Aqra aktar

Iċ-Ċittadella f’pożizzjoni aħjar biex issir wirt storiku dinji tal-UNESCO

Issa li ċ-Ċittadella ngħatat id-dehra li jistħoqqilha, ta’ ġojjel storiku li hi , dak kollu li kien skopert fil-fażijiet differenti ta’ xogħol ta’ restawr se jkun inkluż fl-applikazzjoni biex iċ-Ċittadella tiġi rikonoxxuta bħala sit tal-Wirt Dinji Storiku tal-UNESCO.

Iċ-Ċittadella ilha mill-1988 aċċettata fuq il-lista tentattiva tal-Wirt Dinji tal-UNESCO u fl-aħħar snin saru sforzi biex din tgħaddi għall-istadju li jmiss. Iżda dan jirrikjedi finanzjament, riċerka, studju u riżorsi umani.

Aqra aktar

Ċittadella isbaħ u aktar vibranti

Eluf ta’ snin ta’ storja sa minn żmien il-bronż, għal żmien ir-Rumani, għal żmien il-Kavallieri. Din hija ċ-Ċittadella, rinovata permezz ta’ fondi Ewropej.

Ilbieraħ infetħet mill-ġdid iċ-Ċittadella, il-belt storika fil-gżira tat-tlett għoljiet.

Taħt xemx tisreġ u żiffa ħafifa, il-ġebel safrani tal-fortifikazzjonijiet deher ileqq u saħħar lil dawk kollha preżenti.

Aqra aktar

€8,000,000 fuq 17-il kilometru ta’ toroq f’Għawdex

Fi tliet snin biss kienu investiti madwar €8,000,000 fuq 17-il kilometru ta’ toroq li ħafna minnhom jieħdu lil dak li jkun fil-qalba tal-irħula u l-komunitajiet.

Mark Formosa, Direttur tad-Dipartiment tat-Toroq f’Għawdex, kien ikkwotat jgħid mill-gazzetta KullĦadd li l-bżonn ta’ titjib kien ilu jinħass. “Mhux għax qabel ma sar xejn, imma ma tistax tgħid li ma kienx hawn toroq li kienu ilhom bżonjużi għal bosta snin,” qal Formosa.Aqra aktar

Tlett cruiseliners oħra f’Għawdex f’jumejn

Dan li jidher fl-istampa huwa s-Seabourn Sojourn, li se jasal Għawdex illum. F’dan tmiem il-ġimgħa se naraw il-wasla ta’ tliet cruiseliners, wieħed illum u tnejn għada, Silver Spirit u Wind Surf.

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo stqarr dan waqt zjara fil-porta tal-Imġarr. Qal li l-2016 hija sena tajba ħafna għall-industrija tal-cruiseliners f’Għawdex u dan ifisser aktar xogħol għan-negozji, kif diġà tixhed iż-żieda fl-impjiegi f’diversi setturi fosthom il-lukandi u r-ristoranti.

Aqra aktar

L-ewwel dar tal-anzjani tal-Gvern f’Għawdex

Beda ix-xogħol fuq l-ewwel dar tal-anzjani tal-Gvern li se jkollha Għawdex.

F’Għajnsielem infatti qed issir ħidma f’dar mifruxa fuq erba’ sulari li se tkun attrezzata b’dak kollu meħtieġ mill-anzjani. Fi żjara fuq il-post stajna innotajna li diġa’ beda x-xogħol fuq il-parti fejn se jkun hemm il-parkeġġ u r-ristorant.

Aqra aktar

Send this to a friend