Għawdex | One News - Part 5

Notifiki

Raġel jitressaq il-qorti t’Għawdex mixli b’diversi akkużi

Somalu ta’ 28 sena illum ġie akkużat quddiem il-Maġistrat Dr. P. Coppini f’Għawdex, illi nhar it-3 ta’ Diċembru 2018, fiż-Żebbuġ Għawdex u iżjed tard fl-għassa  tal-Pulizija  tar-Rabat,  Għawdex,  attakka  jew  għamel  reżistenza  bi  vjolenza  u  inġurja  jew hedded erba’ uffiċjali tal-Pulizija, kif ukoll ma obdiex l-ordnijiet tagħhom. Ġie akkużat ukoll li rrifjuta li jagħti dettalji tiegħu jew ta dettalji foloz.

Aqra aktar

ARA: Iċċelebrat il-25 anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali f’pajjiżna

Kien fil-21 ta’ Novembru tal-1993, meta f’pajjiżna saret l-ewwel elezzjoni tal-Kunsilli Lokali. It-Tnejn filgħaxija, f’ċerimonja fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann u fil-Palazz tal-President, tfakkru l-25 sena ta’ Gvern Lokali fil-komunitajiet.

F’din iċ-ċerimonja tfakkra l-kunsillieri kollha li servew matul dawn il-25 sena, li m’għadhomx magħna.Aqra aktar

Il-Ministeru għal Għawdex irid jgħaddi messaġġ ċar favur l-inklużjoni tal-persuni b’diżabilità

Hekk kif bdiet il-ġimgħa ddedikata għall-persuni b’diżabilità, il-Ministeru għal Għawdex irid jgħaddi messaġġ b’saħħtu b’risq l-inkużjoni. Din is-sena, għat-tieni sena konsekuttivait-tiżjin tal-ministeru u parti mit-tiżjin tal-Villa Rundle sar mill-klijenti taċ-Ċentru ta’ Santa Marta.

Il-kartolini uffiċjali tal-Milied li ser jitqassmu mill-ministeru wkoll saru mill-istudenti tal-Ispecial Unit ta’ Sannat fi ħdan il-Kulleġġ ta’ Għawdex.
Aqra aktar

Send this to a friend