Għawdex – Page 4 – One News

Notifiki

Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri jinawgura l-proġett ‘Harvest the Drop to Harvest a Crop’ fl-iskola Ta’ Sannat

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri llum żar l-iskola primarja Ta’ Sannat, Għawdex fejn kien inawgurat il-proġett ambjentali ‘Harvest the Drop to Harvest a Crop’ li jiffoka fuq il-ġbir, il-ħażna u l-użu tal-ilma tax-xita. Permezz tad-Dipartiment tal-Iżvilupp Rurali, is-segretarjat ta għajnuna finanzjarja għal dan il-proġett. Aqra aktar

Inċentivi għall-ħolqien ta’ impjiegi f’Għawdex

Wara li matul is-sena, komplew jiżdiedu l-impjiegi f’Għawdex, il-Gvern ħabbar inċentivi ġodda li se jwasslu għall-ħolqien ta’ impjiegi fil-gżira tat-tliet għoljiet.

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ħabbar li s-sena d-dieħla nħoloq fond ġdid biex Għawdex ikun destinazzjoni għall-konferenzi.

Permezz tal-Gozo Business Scheme, il-Gvern se jkompli jinċentiva lis-settur privat billi jtejjeb l-istartup tax credit għal negozji ġidda miftuħa f’Għawdex.

Ħabbar li se jingħataw inċentivi fiskali, fost l-oħrajn fuq spejjeż ta’ traslokar lil dawk il-kumpaniji li jirrilokaw l-operat tagħhom lejn Għawdex u għal dawk il-kumpaniji li joħolqu impjieg ġodda fil-qasam tat-teleworking u back office minn għawdex.Aqra aktar

Għoti taċ-ċertifikati tal-kors tar-Robotika f’Għawdex

Tnieda kors ta’ taħriġ mingħajr ħlas għall-persuni li jaħdmu fis-settur tal-kostruzzjoni sabiex iżidu l-litteriżmu diġitali fl-industrija tal-bini u l-kostuzzjoni. Il-kors mifrux fuq 30 siegħa se jkun qed isir b’kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Konsultattiv għall-Industrija tal-Bini u l-kumpanija TCTC. Aqra aktar

Send this to a friend