Għawdex | One News - Part 36

Notifiki

Iweġġa’ gravi fit-track tan-Nadur

Żagħżugħ ta’ 20 sena, residenti x-Xagħra, Għawdex, weġġa’ waqt li kien qiegħed isuq mutur it-track tan-Nadur.

Dan seħħ għall-ħabta tal-16:30. Iż-żagħżugħ ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Raġel mill-Qala akkużat li fera mara

Raġel ta’ 45 sena mill-Qala tressaq il-Qorti, quddiem il-Maġistrat Dr. Paul Coppini, akkużat li nhar l-Erbgħa li għadda ikkaġuna ġrieħi ħfief fuq mara kif ukoll talli volontarjament agħmel ħsara fuq vettura tat-tip Renault Clio.

Ir-raġel ġie akkużat ukoll talli kiser ordni tal-Qorti li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien tlett snin kif ukoll talli rrenda ruħu reċediv.

L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi hekk kif miġjuba fil-konfront tiegħu. Huwa ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.

 

Jirdoppjaw it-tfal Għawdxin li jipprattikaw l-isport fil-programm ‘On the Move’

Kull nhar ta’ Ġimgħa u Sibt madwar 450 tifel u tifla Għawdxin qed jipparteċipaw f’attivitajiet sportivi fil-programm ‘On The Move’. It-tfal qed jattendu għal 24 ġimgħa ta’ attività sportiva fil-kumpless sportiv ta’ Għawdex u f’kumplessi oħra mifruxa fil-gżira. L-attendenza ta’ din is-sena hi waħda rekord u tfisser li mis-sena l-oħra l’hawn irdoppjat. Jirriżulta li fil-bidu kien hemm biss mal-100 student jipparteċipaw, u s-sena l-oħra l-figura telgħet għal 250.

Aqra aktar

Ċentru tar-Riżorsi tal-Litteriżmu f’Għawdex

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo inawgura uffiċjalment iċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Litteriżmu ‘Doris Vella’ f’Ta’ Sannat, Għawdex.  Dan iċ-ċentru jinsab ħdejn l-iskola primarja Ta’ Sannat, u huwa mgħammar diġà b’kollezzjoni ta’ 1,500 riżorsa, fosthom kotba kbar, kotba ta’ riċerka, kotba tal-qari gradati, u logħob edukattiv. Ir-riżorsi nxtraw mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, wara konsultazzjoni mal-għalliema, il-kapijiet tal-iskejjel primarji, u t-team tal-Litteriżmu tal-Kulleġġ t’Għawdex.

Aqra aktar

Sidien ta’ ristoranti f’Għawdex se jmorru tajjeb bil-Presidenza

Il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2017 tfisser li ħafna persuni se jżuru pajjiżna. Naturlament, dawn iridu jieklu.

Għadha kemm tnediet espressjoni ta’ interess għall-proviżjoni ta’ servizzi ta’ ristoranti f’Għawdex, għaliex għadd ta’ delegati ser ikunu qed jattendu laqgħat hemm waqt il-Presidenza Maltija fix-xhur li ġejjin.

Din l-Espressjoni ta’ Interess tista’ tinkiseb permezz ta’ ittra elettronika lill-Maniġer tal-Operat, Lucia Gauci, fuq [email protected]Aqra aktar

€636 – kemm tiswa kull sodda fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex kull lejl

Fl-2016, in-nefqa għal kull sodda kull lejl fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kienet ta’€636.

Qal dan fil-Parlament il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, fi tweġiba għal mistoqsijiet tax-shadow Minister Chris Said.

Il-qasam tas-saħħa f’Għawdex diġà qed jesperjenza bidla pożittiva. Dalwaqt naraw il-fltuħ ta’ iskola medika f’Għawdex u l-bini ta’ faċilitajiet ġodda bħala parti mill-proġett ta’ Barts. Biswit l-isptar ġenerali ta’ Għawdex kif nafuh illum u anke fis-sit li llum jilqa’ l-pazjenti se jkun hemm bidla sħiħa b’faċilitajiet tal-ogħla livell biex f’Għawdex ikollna dak magħruf bħala ‘teaching hospital’ tal-ogħla livell.

Aqra aktar

Ħabta ‘head-on’ bejn xarabank u karozza f’Għawdex

Habta head-on bejn karozza Toyota Vitz u karozza tal-linja wasslet biex persuna ttieħdet l-isptar.

Dan seħħ fi Triq l-Imġarr, ir-Rabat Għawdex, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija.

Is-sewwieq tal-karozza huwa raġel ta’ 26 sena mir-Rabat Għawdex, u dan qed isofri minn ġrieħi ħfief. Il-karozza tal-linja kienet misjuqa minn raġel ta’ 33 sena mill-Għasri. Iż-żewġ vetturi ġarrbu ħsarat kbar, għadaqstant jgħodduha b’waħda li l-ġrieħi kienu biss ħfief.

 

Il-Kaptan f’baħar imqalleb

F’Baħar imqalleb bejn Malta u Għawdex kif rajna dan l-aħħar, il-Kaptan tal-vapur tal-Gozo Channel għandu biċċa xogħol iktar diffiċli għalkemm waqt vjaġġ mal-kaptan Norbert Spagnol biex qsamna l-fliegu bejn Malta u Għawdex stajna nifhmu li l-iktar biċċa xogħol diffiċli mhijiex meta jkun bejn sema u ilma.

L-isfida biex jitrakka mal-moll taċ-Ċirkewwa ħafna drabi tkun l-ikbar waħda.

Aqra aktar

Send this to a friend