Għawdex | One News - Part 3

Notifiki

Jinżamm arrestat wara li nqabad bid-droga f’Għawdex

Għawdxi ta’ 44 sena inżamm arrestat wara litressaq il-Qorti ta’ Għawdex l-Erbgħa filgħodu akkużat b’pusess aggravata tad-droga. Ir-raġel, li jgħix il-Fontana, inqabad fil-fatt ibigħ id-droga kokaina.

Fi tfittxija li għamlu l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga nstabet aktar droga kokaina kif ukoll eroina, it-tnejn lesti biex jiġu ttraffikati.

Fil-jiem li għaddew, il-Pulizija resqet Taljan ta’ 29 sena li jgħix iż-Żebbuġ Għawdex b’rabta ma’ dan il-każ. Ir-raġel, li huwa wkoll riċediv, tressaq quddiem il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri u wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Huwa ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest. Il-Maġistrat ordna li imputat jinżamm taħt arrest preventiv ġewwa l-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.

Il-proskuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Frank Anthony Tabonoe.

Ġlieda fuq tfajla wasslet lil erbat irġiel il-Qorti

Erbat irġiel tressqu l-Qorti wara li ġew fl-idejn minħabba tfajla li fl-imgħoddi kienet toħroġ ma’ wieħed minnhom. Il-każ jeħodna lura għal Lulju li għadda f’parkeġġ f’Marsalforn, Għawdex.

Kien għall-ħabta ta’ nofsilejl meta allegatament Steven Vella, Adrian Vella, u Jason Pace ħebbew għal Shaun Farrugia u żewġ nisa li kienu miegħu. Dawn tal-aħħar ġarrbu ġrieħi ħfief, u kien hemm ukoll vittma ieħor fl-allegata ġlieda. Aqra aktar

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi wara ħabta ma’ karozza f’Għawdex

Taljan ta’ 36 sena li jgħix ix-Xewkija, Għawdex, qed isofri minn ġrieħi gravi wara li l-mutur li kien qed isuq ħabat ma’ karozza f’Għajnsielem, Għawdex. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-19:50 tat-Tlieta filgħaxija fi Triq l-Imġarr, Għajnsielem, meta l-mutur li kien qed jinstaq mill-vittma ħabat ma’ karozza tat-tip Opel Corsa misjuqa minn mara ta’ 67 sena minn Għajnsielem.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Aktar minn 5.7 miljun persuna qasmu l-fliegu fl-2018

Is-sena li għaddiet il-vapuri tal-Gozo Channel żiedu b’aktar minn 7% l-għadd ta’ karozzi u passiġġieri li ġarrew bejn Malta u Għawdex bil-konsegwenza li l-kumpanija żiedet il-vjaġġi b’aktar minn 1,090 vjaġġ f’sena waħda.

Fil-fatt, ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li matul is-sena li għaddiet it-tliet vapuri tal-kumpanija ġarrew aktar minn 5,700,000 passiġġieri.Aqra aktar

Estiża l-Gozo Employment Refund Scheme

Għal din is-sena wkoll, se tiġi estiża l-Gozo Employment Refund Scheme. Dan qed isir hekk kif imħabbar fil-baġit li għadda.

Waqt żjara li l-Ministru għal Għawdex għamlet lill-kumpanija RA & Sons Ltd. fix-Xewkija, hija qalet li din l-iskema hi ntiża biex tirrifondi sa 30% tal-paga medja sa massimu ta’ €6,000 għal kull impjieg ġdid iġġenerat f’Għawdex fis-settur privat u li jingħata kuntratt ta’ tliet snin jew aktar.Aqra aktar

Jingħata sentenza sospiża ta’ ħabs wara li hedded lil żewġt aħwa u kkawża ħsara f’darhom

Amerikan ta’ 47 sena li jgħix ir-Rabat Għawdex ingħata sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal sentejn wara li nstab ħati li għamel ħsara lil dar privata ta’ żewġt aħwa, u heddidhom.

Il-każ seħħ it-Tnejn li għadda għall-ħabta tal-17:00 barra d-dar ta’ Philip Mercieca u oħtu Josephine fix-Xagħra, Għawdex.

L-akkużat, Angelo Michael Scifo, ammetta l-akkużi miġjuba kontrih, bil-Qorti t’Għawdex tagħtih sentenza sospiża ta’ ħabs filwaqt li ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur l-aħwa Mercieca.

Send this to a friend