Għawdex | One News - Part 2

Notifiki

Iċ-Ċittadella f’Għawdex se tospita lewwel ‘Lejl Imkebbes’ f’Għawdex dan ix-xahar

Lejl Imkebbes. Dan huwa l-isem t’ attivita ġdida li se tkun organizzata f’Għawdex, li se ssir nhar is-Sibt 16 ta’ Marzu madwar iċ-Ċittadella. Oriġinarjament, l-attività kellha ssir f’Novembru iżda ġiet posposta minħabba l-maltemp.

Jonathan Pace, li huwa l-organizzatur ta’ din l-attivita, qal li se tinħoloq atmosfera maġika mill-isbaħ fis-sit medjevali taċ-Ċittadella. Spjega li ċ-Ċittadella kollha se tkun mixgħula minn aktar minn 30,000 xemgħa, li minnhom se tkun qed tinħoloq arti li tirrappreżenta affarijiet kulutrali u l-istorja ta’ Malta. Aqra aktar

Delia jrid ixekkel l-iżvilupp ta’ Għawdex

B’referenza għall-konferenza stampa li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni, il-Ministeru għal Għawdex jinnota li bil-pożizzjoni li qed jadotta l-Partit Nazzjonalista mhu qed jagħmel xejn għajr milli jxekkel l-iżvilupp ta’ Għawdex u tal-Għawdxin.

Aqra aktar

Island Economy

Verament ħadt gost bl-aħbar li ta l-Prim Ministru li l-ekonomija ta’ Għawdex bħala regjun kibret aktar minn dik ta’ Malta, li diġa’ hija fost l-aqwa fl-Ewropa. Nieħu gost doppju.  L-ewwel għall-Għawdxin stess, u t-tieni għax tfisser li meta jkollok gvern moħħu hemm, suċċess jista’ jkollok.   Ngħidha ċar u tond li jien qatt ma kelli dubji li Joseph Muscat ikun suċċess.  Min jitrabba qrib il-ħidma tar-raba’, ma jistax ma jkollux riġlejh fl-art! Mhux teoriji, imma twettiq.

Aqra aktar

Kuntistabbli jinqabad fil-pussess tad-droga kokaina

Kuntistabbli tal-Pulizija Għawdxi mistenni jitressaq il-Qorti wara li l-Ħadd li għadda huwa nstab fil-pussess ta’ sitt qratas kokaina. Il-kuntistabbli ta’ 21 sena inqabad fil-pussess tas-sustanza illeċita waqt li kien fost il-partitarji fl-istadium tal-futbol f’Għawdex waqt il-logħba Xewkija Tigers kontra Nadur Youngsters.

Aqra aktar

Send this to a friend