għassa – One News

Notifiki

Jinżamm arrestat wara li ħebb għall-pulizija fl-għassa ta’ Bormla

L-ispettur Sandro Camilleri permezz tal-midja soċjali wera s-sodisfazzjoni personali u ta’ kollegi sħabu li lbieraħ sfaw attakatti imma ħadmu b’mod professjonali, li l-qrati, l-awtoritajiet u l-maġġoranza tal-poplu qed jisma’ l-karba tagħhom.

ONE News jinsab infurmat li l-qorti ma laqgħetx it-talba ta’ ħelsien mill-arrest taż-żagħżugħ Johann Cassar anke fid-dawl li dan huwa reċediv saħansitra fil-konfront ta’ attakki fuq il-pulizija.

 

Għall-ewwel darba – kmamar apposta fejn isiru l-interrogazzjonijiet

Għall-ewwel darba, inħolqu kmamar apposta fejn il-Pulizija għandha l-apparat neċessarju fejn jistgħu jiġu rrekordjati b’awdjo-viżiv l-istqarrijiet ta’ persuni issuspettati. Dawn bdew jiġu mifruxa fl-għases fil-lokalitajiet kemm f’Malta u dalwaqt f’Għawdex, fejn illum tnediet l-ewwel waħda fl-Għassa tal-Mosta, bit-tlieta l-oħra jkunu fil-lokalitajiet tal-Imtarfa, iż-Żejtun u Raħal Ġdid.

Din hija kamra bajda sempliċi magħmulha hekk apposta, fejn fl-istandards tal-Pulizija huwa ippruvat li persuna waqt intervista trid tkun f’ambjent fejn għandha mill-inqas distrazzjonijiet possibli, inkluż dak fl-ambjent fiżiku. L-intervista tiġi rrekordjata u sorveljata minn Pulizija f’kamra oħra apposta għal dan.

Aqra aktar

Xogħolijiet fl-għassa ta’ Birżebbuġa, u mhux biss

Imniedi programm ta’ rinovar u mmodernizzar  tal-għases distrettwali tal-Pulizija  b’investiment ta’ aktar minn €500,000 għal ambjent aktar dinjituż li joffri servizz aħjar.  Dan ħabbru l-Ministru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali Carmelo Abela waqt żjara li għamel lix-xogħlijiet ta’ rinovar għaddejin fl-għassa ta’ Birżebbuga.

Irrimarka li b’konformita’ mal-programm elettorali fl-aħħar tmien xhur b’ħidma konġunta bejn il-Ministeru għall-Intern u l-Korp tal-Pulizija tnieda dan il-programm. Fl-ewwel fażi tiegħu se jara rinovar serju fi 8 għases f’lokalitajiet differenti, magħżula skont il-il-kundizzjonijiet tal-għassa u d-domanda għas-servizz. Ix-xogħol ta’ rinovar maġġuri beda jsir fl-għases ta’ Birżebbuga, Żabbar u Żejtun inkluż fuq il-faċċata ta’ barra li għandha valur ta’ wirt storiku. Fil-ġimgħat li ġejjin se jibda wkoll xogħol fuq l-għassa ta’ tas-Sliema, Marsaxlokk, Imsida, Bormla. Se jsir ukoll xogħol ta’ manutenzjoni fl-għassa tal-Fgura.

Aqra aktar

Send this to a friend