gharghur – One News

Notifiki

Tibda t-tieni fażi tar-restawr fuq il-Victoria Lines, fin-naħa tal-Għargħur

Wara t-tlestija tar-restawr tal-parti tal-Victoria Lines li tikkorrispondi mat-tul tal-Ġnien tal-Għarusa tal-Mosta (Tarġa Gap), id-Direttorat tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali se jkun qiegħed jibda x-xogħlijiet ta’ restawr fuq parti oħra ta’ din il-fortifikazzjoni li tinsab fil-Għargħur (fil-parti magħrufa bħala Top of the World).

Aqra aktar

ARA: Bint emigrant Malti maħtura beata mill-Papa Franġisku

Angèle-Marie Littlejohn, soru ta’ demm Għargħuri u bint emigrant Malti fit-Tuneżija, ġiet iddikjarata Beata mill-Papa Franġisku fil-bidu ta’ Diċembru li għadda.

Is-soru, li twieled fil-belt Kapitali tat-Tuneżija, kienet ilha 35 sena tgħix l-Alġerija, meta flimkien ma’ soru oħra nqatlu waqt li kienu għadhom kif semgħu quddiesa.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Monsinjur Philip Calleja li għamel ir-riċerka dwar is-soru u r-rabta tagħha ma’ Malta, irriżulta li s-soru kienet bint emigrant Malti li tgħammed f’Ħal Għargħur. Monsinjur Philip Calleja qal li wara Dun Vincent Sicluna, iben Vincente minn Ħal Għaxaq, is-soru hija t-tieni beata wild emigranti Malti. Qal li huwa unur li l-emigranti Maltin baqgħu jgħożżu l-fidi tagħhom minkejja li jkunu ħallew art twelidhom.Aqra aktar

F’Ħal Għargħur Kulħadd iħokk fejn jieklu

X’inhu dal-ħakk li kulħadd isemmi?  ĦAKK jaqbad lil dak li jkun meta jisfa mċekken, miġrugħ, imwaqqa’ għaż-żuffjett, jew imwarrab għax jitqies differenti, jew jitqies bħala ‘m’hux normali’. L-agħar meta dak li jkun jibda jemmen li hu tabilħaqq hekk: redikolu, ma jiswa għal xejn.

Aqra aktar

Qtil doppju fil-Għargħur: serqa mid-dar tal-vittmi waqt il-funeral

Id-dar li fiha nqatlu żewġ nisa fil-Għargħur f’Lulju li għadda sfat fil-mira ta’ serqa waqt il-funeral tal-istess nisa. Dan ħareġ fil-Qorti hekk kif kompl jinstema’ l-każ kontra Kevin Micallef ta’ 42 sena, li qed ikun mixli bil-qtil ta’ ommu, Antonia Micallef, u ta’ zitu, Maria Carmela Fenech.

Id-delitt sar fit-23 ta’ Lulju fid-dar tal-vittmi stess fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu.  Waqt is-smiegħ tal-Erbgħa, ħut l-akkużat irrifjutaw li jagħtu x-xhieda tagħhom minħabba r-relazzjoni tagħhom mal-akkużat.Aqra aktar

Qtil doppju fil-Għargħur: espert jeżamina l-marki tas-swaba’ tal-akkużat fil-Qorti

Kompla jinstema’ l-każ fil-konfront ta’ Kevin Micallef, li jinsab mixli li nhar it-tlieta u għoxrin ta’ Lulju li għadda qatel lil ommu u lil zitu fil-Għargħur.

L-espert tal-qorti Joseph Mallia ħa l-marki tas-swaba’ tal-akkużat u wara ppreżentahom lill-Maġistrat Monica Vella.

Is-seduta kompliet bix-xhieda tas-Surġent Antonio Bellizzi mill-RIU li ddeskrieva x-xena li sabu ma’ wiċċhom il-pulizija hekk kif marru fid-dar tal-akkużat dakinhar tar-reat. Aqra aktar

QTIL DOPPJU: Kevin Micallef jibqa’ taħt arrest- is-smiegħ tal-każ se jkompli fis-26 ta’ Settembru

Kevin Micallef se jinżamm arrestat wara li d-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest fil-kumpilazzjoni fil-Qorti llum.

Is-smiegħ tal-każ tal-qtil doppju fil-Għargħur mistenni jkompli nhar is-26 ta’ Settembru li ġej.

Micallef, li għandu 42  sena, huwa akkużat li qatel lil ommu Antonia u lil zitu Maria b’diversi daqqiet ta’ sikkina.

Aqra aktar

ARA: QTIL DOPPJU: “Kien ikun aħjar kieku dawwart is-sikkina lejja”

It-Tnejn filgħodu bdiet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Kevin Micallef ta’ 42 sena li jinsab mixli bil-qtil ta’ ommu Antonia u ta’ zitu Maria. Huwa nqatlu b’diversi daqqiet ta’ sikkina fid-dar tagħhom fir-raħal fil-Għargħur.

Fis-seduta ta’ dalgħodu, ngħad li l-aħħar kelma li lissnet omm l-akkużat kienet isem binha Kevin waqt li kienet fl-ambulanza fi triqitha għall-Isptar Mater Dei. Fil-Qorti ngħad ukoll li l-akkużat stqarr li xtaq lid-daqqiet ta’ sikkina tahom lilu nnifsu u mhux lil ommu.
Aqra aktar

Send this to a friend