Għargħar – Page 2 – One News

Notifiki

Xogħolijiet biex tittaffa l-problema tal-għargħar f’Tal-Pietà

Wara li tlesta x-xogħol fuq naħa waħda fi Triq Marina f’Tal-Pieta`, Transport Malta ser tkompli bix-xogħlijiet fl-istess triq imma fid-direzzjoni opposta. Ix-xogħol ser jibda mil-lejla, bejn it-08.30 ta’ filgħaxija u l-4.30 ta’ filgħodu, għal tlett iljieli konsekuttivi.

Biex jitnaqqas l-inkonvenjent tat-traffiku, it-triq direzzjoni lejn il-Belt ser titħalla miftuħa għat-traffiku fuq karreġġjata waħda bejn it-08:30 ta’ filgħaxija u l-11.30 ta’ billejl. It-triq ser tingħalaq kompletament għat-traffiku mill-11.30 ta’ billejl sal-4.30 ta’ filgħodu.

Aqra aktar

Għargħar fi Franza u l-Ġermanja joqtol ħamsa

Minn tal-inqas ħames persuni mietu fil-jum tal-Erbgħa fi Franza u l-Ġermanja minħabba l-għargħar.

Gruppi tat-tfittxija fil-Ġermanja sabu l-iġsma ta’ tliet persuni li nqabdu f’dar filwaqt li mara nstabet mejta fi xmajra fil-viċin. Fiċ-ċentru ta’ Franza, mara ta’ 86 sena tilfet ħajjitha.

Għexieren ta’ bliet spiċċaw mgħarrqa u ħafna nies ġew salvati b’helikopter. Bassara tat-temp qed jgħidu li l-livelli tal-ilma mistennija jgħolew fil-jiem li ġejjin. L-għargħar huwa maħsub li kkawża ħsarat sostanzjali.

Send this to a friend