Ghanja tal Poplu | One News

Notifiki

Jittella’ l-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ 2019: Jirbħu Gianluca Cilia u Martina Galea Loffreda

L-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ 2019 ittella’ fi tmiem il-ġimgħa, (il-Ġimgħa 15 ta’ Marzu 2019) . Il-kantanti parteċipanti kienu ta’ eta’ bejn il-11 u s-16-il sena. Is-sittax-il kanzunetta finalista kienu akkumpanjati minn ensemble mill-Malta Concert Orchestra, taħt it-tmexxija tal-Maestro Joe Brown.

Aqra aktar

Isma’: Jittella’ b’suċċess l-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ 2018

L-Għanja tal-Poplu–Zgħażagħ 2018 ittella’ fit-tmiem nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Marzu,  fit-Teatru ta’ San Benedittu ġewwa Ħal Kirkop fejn il-kantanti parteċipanti kellhom bejn il-11 u s-16-il sena.

Il-kanzunetta Dwell interpretata minn Eliana Gomez Blanco u Aidan Jay Drakard fuq kliem ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Dario Bezzina, kienet l-aħjar kanzunetta fil-kategorija minn 13 sa 16-il sena u  rebħet din l-edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ.

Il-kanzunetta Il-Ħolma kantanta minn Riona Degiorgio fuq kliem ta’ Raymond Mahoney u mużika ta’ Dominic Cini kisbet il-premju ta’ l-aħjar kanzunetta interpretata minn kantanta mis-sezzjoni ta’ età minn 11 sa 12-il sena.

Aqra aktar

“Għal darb’oħra ispirata minn nanna”

“Din mhux rebħa tiegħi – dan hu t-trijonf tal-kanzunetta bil-malti!”

Dawn kienu l-ewwel kummenti tal-kantanta Corazon ftit tal-mumenti biss wara li rebħet l-Għanja tal-Poplu ta’ din is-sena. One News tkellem mar-rebbieħa ftit sigħat biss wara. 

Aqra aktar

Tirbaħ tal-libsa ħamra u xuftejn blu

X’se jsir? Din hija l-kanzunetta rebbieħa tal-erbgħin edizzjoni tal-festival tal-kanzunetta Maltija, l-Għanja tal-Poplu. Kanzunetta kantata minn Corazon Mizzi.

Dan ma kienx l-unika unur li rebħet din il-kantanta, hija rnexxielha tirbaħ ukoll il-kategorija tal-aħjar kantawtriċi.

Aqra aktar

Send this to a friend