għajnuna – Page 2 – One News

Notifiki

FILMAT: L-infermiera jagħmlu minn kollox biex iżommu ċkejkna bi tbissima

F’dan il-filmat sempliċi li juru numru ta’ infermiera jiżfnu u jkantaw ma’ ċkejkna li qed tingħata l-kura l-isptar jnissel tbissima, iżda mhux biss.

Dan il-filmat juri d-dedikazzjoni tal-infermiera li mhux biss jassiguraw li jagħtu l-aqwa għajnuna lill-pazjenti iżda jagħmlu ukoll ħilithom biex minkejja d-diffikultajiet u t-tbatija li jkunu għaddejjin minnha l-pazjenti jibqgħu bi tbissima fuq fommhom u jsibu l-pożittiv fost in-negattivita.

Aqra aktar

250,000 karba għall-għajnuna fuq il-179

Daħlu kwart ta’ miljun telefonata ġenwina fuq is-Supportline nazzjonali 179, fl-20 sena li ilu jitmexxa dan is-servizz mill-Aġenzija Appoġġ. Is-servizz tas-Supportline 179 ilu jopera għal dawn is-snin kollha grazzi għax-xogħol u d-dedikazzjoni tal-voluntiera u l-istaff professjonali li jmexxu l-istess servizz.

Aqra aktar

Mal-immigranti li jiċċaqalqu mill-Italja u mill-Greċja

  • JAQBAD ĊERTU RITMU L-PROGRAMM TA’ RILOKAZZJONI
  • ESPERJENZI LI JGĦALLMU MINN MIN JAĦDEM FIL-QALBA TAL-ISFIDA

“Fejn se mmorru? Meta? Se mmorru l-Ewropa?” Dawn huma wħud mill-mistoqsijiet li jistaqsu immigranti, li jkunu daħlu l-Ewropa, lil Luca Caramagna, case worker Malti stazzjonat l-Italja; wieħed mill-pajjiżi minn fejn qed ikunu rilokati l-immigranti.

Dan bħala parti mill-programm ta’ rilokazzjoni tal-Unjoni Ewropea, programm li qed jara li jkunu rilokati 160,000 immigrant mill-Italja u 190,000 immigrant li bħalissa jinsabu l-Italja u l-Greċja.

Iż-żjara ta’ Luca Caramagna f’pajjiżna kienet ta’ ftit jiem u dan sabiex janalizza kif qed titħaddem is-sistema ta’ rilokazzjoni f’Malta, f’liema fażi daħal il-proġett u l-koperazzjoni li qed issir mill-awtoritajiet Maltin.

Mal-gazzetta KullĦadd Luca Caramagna stqarr li meta mqabbel ma’ stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea l-koperazzjoni li qed joffri pajjiżna hija fuq quddiem.

Aqra aktar

Għajnuna fil-kera

Din is-sena tfisser ukoll riforma fl-għajnuna lil dawk li jieħdu l-għajnuna marbuta mal-kera. Se jirdoppja s-sussidju u dawk li jibbenefikaw minnu. Minn massimu ta’ €83 fix-xahar telgħet għal massimu ta’ €160 fix-xahar. Il-persuni li jikkwalifikaw għal dan is-sussidju se jitilgħu minn 1,400 għal 2,800.

L-irduppjar tas-sussidju se jincentiva biex jiġu rregistrati l-kuntratti tal-kiri biex jinqata’ l-abbuż. Hawn se jinfetaħ il-means test – issa familja tikkwalifika anke jekk ikollha sa €23,000 il-bank, fejn qabel din is-somma kienet sa €10,000.

Aqra aktar

Kif persuni b’diżabiltà se jingħataw l-għajnuna bil-fatti

Kif tħabbar fil-baġit għas-sena d-dieħla, se ssir riforma fil-pensjonijiet għall-persuni b’dizabiltà.

Dettalji dwar din ir riforma u kif se titħaddem ingħataw f’konferenza tal-aħbarijiet f’konferenza indirizzata mill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, Michael Farrugia.

Il-Ministru spjega li ir-riforma se tiffoka fuq tliet livelli. L-ewwel livell huwa l-assistenza miżjuda għal-diżabiltà severa – mill-2017 ir-rata se tiżdied gradwalment biex tilħaq il-paga minima.

Aqra aktar

L-Istrina aktar teknoloġika, b’app ġdid u xejn inqas minn 90 voluntier mill-MITA

Tnediet  app tal-Malta Community Chest Fund (MCCF) immirata biex iżżomm lin-nies aġġornati bl-avvenimenti kollha li jsiru b’risq il-fond.
Wayne Zammit, senior solutions architect, qal kif mill apps issa se tkun tista’  idaħħal l-avvenimenti tal-MCCF fil-kalendarju tal-mobile. Bl-app ukoll, se tkun tista’ tara l-għajnijiet tal-MCCF u tifhem aħjar il-viżjoni tagħha. Jekk trid ukoll, tista’ tissieħeb bħala volontarju fi ħdan l-MCCF permezz tal-app.

“Għandna l-mezzi, hemm bżonn aktar inizjattiva”

L-għajnuna għal dawk f’diffikulta qiegħda kulma jmur tiżdied, iżda din tista tkun aċċessibbli b’mod iktar faċli jekk entitajiet responsabbli jinvestu iktar fi proġetti teknoloġiċi.

Dan kien wieħed mill-messaġġi li ħareġ waqt seminar bit-tema kellimni.com, proġett maħsub biex persuni b’diffikultajiet ikollhom fejn jiftħu qalbhom u jitkellmu dwar professjonisti fuq dak li jkunu qed jiffaċjaw.

Kim Dalli, maniġer tal-Fondazzjoni Vodafone, li hija sieħeb tas-sit kellimni.com mhux biss tkellmet dwar l-importanza tiegħu iżda wkoll ta’ proġetti ġodda.

Bħal dawk fejn il-fondazzjoni taħdem kontinwament ma’ entitajiet biex ikunu żviluppati apps li jiffaċilitaw il-ħajja ta’ persuni b’diżabilita, tfal b’diffikulta biex jitkellmu, u oħrajn.

Aqra aktar

Iffirmat ftehim b’investiment ta’ €1.4 MILJUN

B’investiment ta’ €1,400,000, illum kien iffirmat ftehim bejn il-Gvern u l-Fondazzjoni Nazareth.

Din  tilqa’ fi ħdanha 28 resident u b’dan il-ftehim, li jkopri kuntratt ta’ tliet snin, l-amministraturi tagħha se jingħataw serħan il-moħħ mill-aspett finanzjarju.

Aqra aktar

Send this to a friend